top of page

AVVIŻI – 6 ta’ Ġunju 2021

Il-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù - (Sena B) · Illum qegħdin niċċelebraw il-festa tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù. Illejla waqt il-quddiesa tal-5.30pm se jsir it-tiġdid tal-professjoni tal-fratelli u fit-tmiem tal-quddiesa ser issir purċissjoni qasira bis-Santissimu Sagrament fil-Knisja Parrokkjali stess. · It-Tnejn (festa pubblika) se tiġi ċċelebrata Festa ta’ Mħabba waqt quddiesa animata għat-tfal kollha, fis-7.15pm. Il-ġenituri huma mħeġġa jibbukkjaw fuq il-paġna tal-Facebook Quddies tat-Tfal Siġġiewi. · Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw il-Festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Il-quddiesa tas-6.30pm tkun animata mill-Kor Parrokkjali u tkun ukoll bis-sehem tal-Fratelli. · Il-Ħadd se ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija waqt quddiesa fl-4.00pm. · Bi preparazzjoni għall-Festa, qegħdin nistiednu lil dawk il-koppji li dis-sena jiċċelebraw xi anniversarju speċjali miż-żwieġ tagħhom (25, 50 u 60) biex jikkuntattjawna ħalli nibagħtulhom stedina għall-quddiesa speċjali għalihom. · Fuq il-paġna tal-Facebook Parroċċa San Nikola Siġġiewi, nistgħu naqraw b’mod online il-magażin FLIMKIEN għax-xahar ta’ Ġunju. · Il-YTC flimkien mal-Uffiċċju Missjunarju qed jorganizzaw ġita għal Bari bejn is-7 u l-11 ta’ Lulju. Aktar dettalji minn fuq in-noticeboards jew mis-sagristija. · Bħala parroċċa, matul ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu ser inkunu qegħdin norganizzaw Summer Club għat-tfal tal-parroċċa li twieldu bejn l-2009 u l-2014. Dan ser jitlaqqa’ nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ħamis fil-5.00pm. L-applikazzjonijiet ser jiftħu b’mod online matul din il-ġimgħa fuq il-paġna tal-Facebook Parroċċa San Nikola Siġġiewi. · Nirringrazzjaw lill-ġenituri tat-tfal li għamlu l-Ewwel Tqarbina għas-somma sabiħa li nġabret waqt il-quddies tal-Preċett. Din il-ġabra ser tingħata lill-oqsma tal-MUSEUM tas-Subien u tal-Bniet. Il-ġabra kienet ta’ €1128. · Nitolbu għal ruħ Pawla Busuttil li għaddhiet għal Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa. “Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”

Recent Posts

See All

Avviżi – 7 ta’ Novembru 2021

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad ir-Rużarju u wara ssir quddiesa u t-tberik tal-oqbra. Infakkru

AVVIŻI – 17 ta’ Ottubru 2021

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta fl-10.00am, fiċ-Ċentru Santissima Trinità. · Nhar it-

Avviżi – 26 ta’ Settembru 2021

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5 ikollhom laqgħa t-Tnejn u l-Ħamis bejn is-6.00pm u s-6.30pm. Minn ye

bottom of page