top of page

Avviżi – 26 ta’ Settembru 2021

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5 ikollhom laqgħa t-Tnejn u l-Ħamis bejn is-6.00pm u s-6.30pm. Minn year 6 ’il fuq ikollhom laqgħa kuljum bejn is-7.00pm u s-7.30pm. · Nhar it-Tnejn ser issir laqgħa ta’ formazzjoni għall-fratelli fis-7.00pm fil-knisja parrokkjali. · Nhar il-Ħamis ser issir laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7.00pm, fil-Knisja. · Nhar il-Ħadd niċċelebraw il-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-5:00pm nitolbu flimkien l-Għasar, fil-5:30pm quddiesa kantata, wara jiġi animat ir-Rużarju u tingħata l-Barka Sagramentali. · Matul ix-xahar ta’ Ottubru, xahar dedikat lill-Madonna jingħad ir-Rużarju wara l-quddiesa tas-7.00am, fis-6.00pm u wara l-quddiesa tas-6.30pm quddiem Ġesù Sagramentat. · B’rabta mal-jum dinji tal-migranti u r-refuġjati, li qed jiġi mfakkar illum il-Ħadd, bħala parroċċa, flimkien mal-JRS, ser norganizzaw attività bit-tema ‘Nitgħallmu minn Stejjer il-Ħajja’ dwar ir-realtà tal-migranti fostna. Se jkollna fostna wkoll xi refuġjati li ser jirrakkuntaw l-istejjer tagħhom. Din ser issir nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Ottubru, fis-7.15pm, fil-Knisja l-Qadima. · Nawguraw lis-soċju tal-MUSEUM Tonio Callus li se jkun qed iwettaq missjoni ġdida mas-Soċjetà tal-MUSEUM fil-Kenja. Fl-istess ħin nawguraw ukoll lil Sr Michela Calleja li ġiet mibgħuta biex tkompli taqdi l-missjoni tagħha mal-morda fl-Ingilterra. Inwegħduhom it-talb tagħna. · Nitolbu għal ruħ George Agius u Polly Bonello li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. “Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”

Recent Posts

See All

Avviżi – 7 ta’ Novembru 2021

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad ir-Rużarju u wara ssir quddiesa u t-tberik tal-oqbra. Infakkru

AVVIŻI – 17 ta’ Ottubru 2021

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta fl-10.00am, fiċ-Ċentru Santissima Trinità. · Nhar it-

Avviżi – 12 ta’ Settembru 2021

L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Wara sejħa mill-Papa Franġisku, l-Isqfjijiet ta’ Malta u Għawdex qed iħeġġuna biex tul il-ġurnata tal-Ħamis li ġej nitolbu u jekk possib

bottom of page