top of page

AVVIŻI – 17 ta’ Ottubru 2021

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta fl-10.00am, fiċ-Ċentru Santissima Trinità. · Nhar it-Tlieta fis-7.00pm se jkun hawn il-prova għall-adolexxenti li se jersqu għall-Griżma tal-Isqof. Dak inhar, ir-Rużarju jiġi animat fis-6.00pm, qabel il-quddiesa tas-6.30pm. · Nhar il-Ħamis ser issir laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7.00pm, fil-Knisja. · Il-Ġimgħa se ssir ċelebrazzjoni tas-sagrament tal-ħniena t’Alla, fejn se jkun hawn diversi saċerdoti disposti għall-qrar, bejn is-6.00pm u t-8.00pm. Stedina speċjali għall-ġenituri, parrini u adolexxenti li se jersqu għall-Griżma tal-Isqof. · Nhar is-Sibt u l-Ħadd ser jingħata s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lil 80 adolexxent mill-Parroċċa tagħna. Is-Sibt se jiġi ċċelebrat waqt il-quddiesa tas-6.30pm u l-Ħadd se jiġi ċċelebrat waqt il-quddiesa tad-9.30am. Dawn ser jiġu mxandra fuq il-paġna tal-Facebook Parroċċa San Nikola Siġġiewi. Waqt li nħeġġu biex inżommu lil dawn l-adolexxenti fit-talb tagħna, infakkru li l-quddiesa tal-11.00am (il-Ħadd) tkun fil-11.30am. · Il-Ħadd li ġej niċċelebraw ukoll Jum il-Missjoni. Aħna mħeġġin ngħinu din il-ħidma Missjunarja tal-Knisja bit-talb, xi sagrifiċċju u bl-offerti tagħna. Il-ġbir li jsir fil-quddies tal-weekend li ġej ikun ukoll għall-missjoni. L-envelops tal-missjoni li rċevejna fi djarna nistgħu nġibuhom il-knisja. · Nitolbu għal ruħ Anthony Muscat li għadda għall-Ħajja ta’ Dejjem. “Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”

Recent Posts

See All

Avviżi – 7 ta’ Novembru 2021

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad ir-Rużarju u wara ssir quddiesa u t-tberik tal-oqbra. Infakkru

Avviżi – 26 ta’ Settembru 2021

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5 ikollhom laqgħa t-Tnejn u l-Ħamis bejn is-6.00pm u s-6.30pm. Minn ye

Avviżi – 12 ta’ Settembru 2021

L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Wara sejħa mill-Papa Franġisku, l-Isqfjijiet ta’ Malta u Għawdex qed iħeġġuna biex tul il-ġurnata tal-Ħamis li ġej nitolbu u jekk possib

bottom of page