top of page

Avviżi – 20 ta’ Diċembru 2020

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent – Sena B

·     Bi tħejjija għall-Milied, nhar l-Erbgħa, wara l-quddiesa tas-6.30pm, il-knisja se tibqa’ miftuħa sat-8.00pm għaċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Maħfra. Se jkun hawn diversi saċerdoti disposti għall-Qrar.

·      Il-Ħamis, lejlet il-Milied,  il-quddies filgħaxija (tal-Vġili) jkun fil-5.15pm u fis-6.30pm.

·     Din is-sena, minħabba ċ-ċirkustanzi, id-Dimostrazzjoni bil-Bambin mhux se ssir. Però, fil-Knisja Parrokkjali se jkun hawn quddiesa tal-Milied animata bi stil għat-tfal fit-8.00pm. Għal din il-quddiesa nħeġġu lit-tfal biex jiġu liebsa ta’ anġli jew ragħajja. Aktar dettalji mill-paġna tal-Facebook Quddies tat-Tfal Siġġiewi.

·     Imbagħad il-Knisja terġa’ tiftaħ fil-10.45pm biex fil-11.15pm tibda Velja bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Lejl Qaddis tal-Milied bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u wara ssir il-Prietka, li dis-sena se ssir minn Edera Pace. Din twassalna għall-Quddiesa solenni tal-Milied f’Nofsillejl. Dan kollu ser ikun qed jiġi mxandar b’mod dirett fuq il-paġna tal-Facebook Parroċċa San Nikola Siġġiewi.

·     Il-Ġimgħa, Jum il-Milied, il-quddies ikun kollu bħal ta’ nhar ta’ Ħadd.

·     Bħalma nagħmlu kull sena, l-aħħar tliet ijiem tas-sena (mid-29 sal-31 ta’ Diċembru) ikunu ġranet ta’ adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat – il-Kwaranturi. Biex niżguraw li l-ħin kollu jkun hawn persuni quddiem Ġesù Sagramentat, fejn il-bieb tal-ġenb tal-knisja u fis-sagristija hemm karti fejn wieħed jista’ jikteb ismu u jikkommetti ruħu li jiġi għall-adorazzjoni f’ħin partikulari tul it-tlett ijiem. B’hekk bħala komunità nkunu qed noħolqu katina sħiħa ta’ adorazzjoni quddiem Ġesù.

·     Infakkru li bħala parroċċa nistgħu ngħinu lill-familji fil-bżonn fi ħdan il-komunità tagħna billi nġibu għotjiet ta’ ikel li nistgħu nħalluhom fil-qfief li hawn fuq quddiem tal-knisja.

·     F’ismi u f’isem il-Kleru tal-Parroċċa nawgura lilkom u lill-familji tagħkom il-Milied it-tajjeb u Qaddis.

·     Nitolbu għall-erwieħ ta’ Emmanuel Bonello, Antonia Caruana, Anthony Schembri, Grace Farrugia u Rita Sammut li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. “Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”​


Recent Posts

See All

Avviżi – 7 ta’ Novembru 2021

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad ir-Rużarju u wara ssir quddiesa u t-tberik tal-oqbra. Infakkru

AVVIŻI – 17 ta’ Ottubru 2021

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta fl-10.00am, fiċ-Ċentru Santissima Trinità. · Nhar it-

Avviżi – 26 ta’ Settembru 2021

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5 ikollhom laqgħa t-Tnejn u l-Ħamis bejn is-6.00pm u s-6.30pm. Minn ye

bottom of page