top of page

Avviżi – 13 ta’ Diċembru 2020

It-Tielet Ħadd tal-Avvent - Sena B · Nhar it-Tlieta nagħtu bidu għan-novena tal-Milied. Din is-sena f’kull quddiesa se tkun qed issir riflessjoni minn dik li Dun Ġorġ Preca kien isejħilha l-Iskola ta’ Betlehem. · Nhar is-Sibt il-Grupp tal-Armar se jkun qed jorganizza ikla b’mod differenti hekk kif din ser tkun qed titwassal fid-djar. Aktar dettalji minn fuq in-noticeboards tal-knisja. · Il-Blood Donation Unit jixtieq jirringrazzja lil dawk il-persuni kollha li marru biex jagħtu d-demm nhar it-8 ta’ Diċembru tul in-nofstanhar ta’ filgħodu. B’kollox kien hemm 37 persuna li marru biex jagħtu d-demm! · Matul dawn il-jiem min jixtieq iġib għotjiet tal-ikel fil-knisja biex ngħinu lill-familji fil-bżonn, jista’ jħallihom fil-qfief li hawn taħt il-presbiterju. · Il-grupp Ħbieb tad-Dar tal-Providenza qed ibigħ qagħaq tal-għasel u ponsjetti minn fuq iz-zuntier tal-knisja. Il-qligħ kollu ser imur b’risq id-Dar tal-Providenza. · Nitolbu għall-erwieħ ta’ Maria Yvonne Naudi u Ivan Borg li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. “Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”​ Kindly read our legal disclaimer here .


Recent Posts

See All

Avviżi – 7 ta’ Novembru 2021

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad ir-Rużarju u wara ssir quddiesa u t-tberik tal-oqbra. Infakkru

AVVIŻI – 17 ta’ Ottubru 2021

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta fl-10.00am, fiċ-Ċentru Santissima Trinità. · Nhar it-

Avviżi – 26 ta’ Settembru 2021

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5 ikollhom laqgħa t-Tnejn u l-Ħamis bejn is-6.00pm u s-6.30pm. Minn ye

bottom of page