top of page

Avviżi – 27 ta’ Settembru 2020

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena A

·    Peress li t-tfal ser jibdew l-iskola f’Ottubru, matul din il-ġimgħa ser inkomplu bil-quddies għat-tfal. It-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa fis-7.15pm; il-Ħamis u l-Ġimgħa fit-8.00am u s-Sibt fit-8.30am.  

·    Nhar il-Ħamis ser issir laqgħa ta’ formazzjoni għall-fratelli fis-7.30pm fil-knisja parrokkjali.

·     Nhar il-Ħadd il-quddiesa li jiċċelebra l-Arċisqof u tiġi mxandra fuq TVM2 fid-9:30am, se tiġi mxandra mill-Kappella tal-Providenza.

·    Filgħaxija niċċelebraw il-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-5:00pm nitolbu flimkien l-Għasar, fil-5:30pm quddiesa kantata, wara jiġi animat ir-Rużarju u tingħata l-Barka Sagramentali.

·    Matul ix-xahar ta’ Ottubru, xahar dedikat lill-Madonna jingħad ir-Rużarju wara l-quddiesa tas-7.00am u fis-6.00pm quddiem Ġesù Sagramentat qabel il-Quddiesa ta’ filgħaxija.

·    F’isem il-Blood Donation Unit nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li kienu ġenerużi fl-għoti tad-demm nhar il-21 ta’ Settembru fil-pjazza tar-raħal. B’kollox kien hemm 23 persuna li tul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu taw id-demm! Grazzi!

·    Waqt li nirringrazzjaw lill-voluntiera kollha li kienu qed jgħinu f’kull quddiesa biex nieħdu ħsieb l-ushering u tittieħed it-temperatura, qed nerġgħu nagħmlu sejħa oħra għal min jista’ jgħin f’dan il-ministeru. Dawk interessati jistgħu jkellmu lill-Arċipriet.

·    Nitolbu għal ruħ Monica Bugeja li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. “Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”​

Recent Posts

See All

Avviżi – 7 ta’ Novembru 2021

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad ir-Rużarju u wara ssir quddiesa u t-tberik tal-oqbra. Infakkru

AVVIŻI – 17 ta’ Ottubru 2021

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta fl-10.00am, fiċ-Ċentru Santissima Trinità. · Nhar it-

Avviżi – 26 ta’ Settembru 2021

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5 ikollhom laqgħa t-Tnejn u l-Ħamis bejn is-6.00pm u s-6.30pm. Minn ye

bottom of page