top of page

Avviżi – 5 ta’ Settembru 2021

It-Tlieta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Għada/Illum niċċelebraw il-Festa tal-Madonna tal-Providenza. Se jkun hemm quddiesa fis-7:00am u oħra fis-6.30pm (li tkun animata mill-Kor Parrokkjali). · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta fl-10.00am, fiċ-Ċentru Santissima Trinità. · Fr Jean-Claude Schembri se jkun qed jiċċelebra l-quddiesa solenni ta’ radd il-ħajr lil Alla għar-rigal tas-saċerdozju, nhar it-Tlieta fis-7.00pm, fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun. Minħabba d-direttivi tal-Awtoritajiet tas-Saħħa, l-attendenza hija ristretta bl-invit. Però, nistgħu nsegwu din iċ-ċelebrazzjoni diretta mill-paġna tal-Facebook tal-Parroċċa taż-Żejtun. · Nhar l-Erbgħa, 8 ta’ Settembru, niċċelebraw is-Solennità tat-Twelid ta’ Ommna Marija. Jixraq li nqaddsu din il-ġurnata bis-sehem tagħna fil-quddiesa. Il-ħin tal-quddies ikun kollu bħal fost ix-xogħol. · Nhar l-Erbgħa – festa pubblika – se jkollna l-opportunità li nkunu ġenerużi billi nagħtu d-demm! Fil-pjazza tar-raħal se jkun hawn il-Blood Donation Unit bejn it-8.30am u s-1.00pm. Ma ninsewx nieħdu magħna l-karta tal-identità. · Il-Legion of Mary tiċċelebra l-Ewwel Ċentinarju mit-twaqqif tagħha, nhar is-7 ta’ Settembru. Il-Legion hi għaqda ta’ lajċi li twaqqfet fl-Irlanda minn Frank Duff u llum hija mferrxa mad-dinja kollha, inkluż Malta. Għalhekk, ir-Rużarju, il-Quddiesa u l-Adorazzjoni ta’ nhar il-Ħamis filgħaxija se jitmexxew mill-membri tal-Legion of Mary tal-Parroċċa tagħna. Fuq in-Notice Board hemm xi tagħrif dwar il-Legion of Mary. · Il-Ħadd li ġej se jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija f’quddiesa fl-4.00pm. · Infakkru li fetħu l-applikazzjonijiet għall-Kors ta’ Kana li jsir fil-Parroċċa tagħna f’Jannar li ġej (il-Ħdud filgħodu). Koppji jistgħu japplikaw fl-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-ftuħ. · Fuq il-paġna tal-Facebook Parroċċa San Nikola Siġġiewi, nistgħu naqraw b’mod online il-magażin FLIMKIEN għax-xahar ta’ Settembru. Min jixtieq jista’ jiġbor kopja minn fejn il-bieb tal-knisja. · Nitolbu għal ruħ Nikola Aquilina li għadda għall-Ħajja ta’ Dejjem. “Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”

Recent Posts

See All

Avviżi – 7 ta’ Novembru 2021

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad ir-Rużarju u wara ssir quddiesa u t-tberik tal-oqbra. Infakkru

AVVIŻI – 17 ta’ Ottubru 2021

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta fl-10.00am, fiċ-Ċentru Santissima Trinità. · Nhar it-

Avviżi – 26 ta’ Settembru 2021

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5 ikollhom laqgħa t-Tnejn u l-Ħamis bejn is-6.00pm u s-6.30pm. Minn ye

bottom of page