top of page

Avviżi – 4 ta’ Ottubru 2020

Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena A

·   Illum il-Ħadd filgħaxija niċċelebraw il-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-5:00pm nitolbu flimkien l-Għasar, fil-5:30pm quddiesa kantata, wara jiġi animat ir-Rużarju u tingħata l-Barka Sagramentali.

·   Issa li se terġa tibda l-iskola, minn għada t-Tnejn il-quddiesa li kienet qed tiġi animata għat-tfal mit-Tnejn sal-Erbgħa fis-7.15pm mhux se tibqa’ ssir, waqt li l-quddiesa li fis-sajf kienet fit-8.00am se terġa tibda ssir fit-7.45am biex it-tfal ikunu jistgħu jattendu għall-quddiesa qabel tibda l-iskola.

·   Nhar il-Ħamis, se ssir laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, fis-7.00pm, fil-Knisja Parrokkjali.

·   Nhar il-Ħadd se jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija waqt quddiesa fis-6.30pm.

·   Infakkru li matul ix-xahar ta’ Ottubru, xahar dedikat lill-Madonna, qed jiġi animat ir-Rużarju immedjatament wara l-quddiesa tas-7.00am u fis-6.00pm quddiem Ġesù Sagramentat, qabel il-Quddiesa ta’ filgħaxija.

·   Fuq il-paġna tal-Facebook Parroċċa San Nikola Siġġiewi, nistgħu naqraw b’mod online il-magażin FLIMKIEN għax-xahar ta’ Ottubru, li minħabba ċ-ċirkustanzi straordinarji ta’ bħalissa mhux se jkun qed jitqassam bieb bieb.​

Recent Posts

See All

Avviżi – 7 ta’ Novembru 2021

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad ir-Rużarju u wara ssir quddiesa u t-tberik tal-oqbra. Infakkru

AVVIŻI – 17 ta’ Ottubru 2021

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta fl-10.00am, fiċ-Ċentru Santissima Trinità. · Nhar it-

Avviżi – 26 ta’ Settembru 2021

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5 ikollhom laqgħa t-Tnejn u l-Ħamis bejn is-6.00pm u s-6.30pm. Minn ye

bottom of page