top of page

Avviżi – 3 ta’ Jannar 2021

Solennità tal-Epifanija tal-Mulej – Sena B · Fil-ġranet tal-vaganzi li għad fadal se jkollna quddies animat apposta għat-tfal. Għalhekk, nhar it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa se jkun hawn quddiesa animata bi stil għat-tfal fil-5.30pm. Inħeġġu lit-tfal u l-ġenituri biex ma jitilfux din l-opportunità! · Nhar il-Ħamis jaħbat l-ewwel Ħamis tax-xahar, u kif qed nagħmlu kull xahar, waqt l-adorazzjoni ta’ wara l-quddies tas-6.30pm se nitolbu għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi mill-parroċċa tagħna. · Nhar il-Ħadd, il-membri tal-Azzjoni Kattolika Maltija se jingħaqdu minn djarhom biex waqt il-quddiesa mmexxija mill-Arċisqof li tixxandar fuq TVM2, fid-9:30am, iġeddu l-wegħdiet tat-tesserament tagħhom. · Nhar il-Ħadd jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija f’quddiesa fit-3.30pm. · Fuq il-paġna tal-Facebook Parroċċa San Nikola Siġġiewi, nistgħu naqraw b’mod online il-magażin FLIMKIEN għax-xahar ta’ Jannar, li minħabba ċ-ċirkustanzi straordinarji ta’ bħalissa mhux qed jitqassam bieb bieb. · Min jixtieq, aħna u ħerġin mill-knisja jista’ jieħu sehem f’lotterija b’risq il-proġett tal-vażuni ta’ mal-istatwa ta’ San Nikola, li tittella’ l-Ħadd stess wara l-quddiesa tal-5.30pm. Il-ġbir li sar b’risq id-Dar tal-Providenza minn diversi entitajiet Siġġiwin kien ta’ €17,062 li minnhom €13,473 nġabru mill-parroċċa. Ma’ dawn nistgħu nżidu wkoll €3,125 li nġabru mill-bejgħ tal-ktieb dwar is-soċju tal-MUSEUM Grezzju Pace. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.​

Recent Posts

See All

Avviżi – 7 ta’ Novembru 2021

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad ir-Rużarju u wara ssir quddiesa u t-tberik tal-oqbra. Infakkru

AVVIŻI – 17 ta’ Ottubru 2021

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta fl-10.00am, fiċ-Ċentru Santissima Trinità. · Nhar it-

Avviżi – 26 ta’ Settembru 2021

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5 ikollhom laqgħa t-Tnejn u l-Ħamis bejn is-6.00pm u s-6.30pm. Minn ye

bottom of page