top of page

Avviżi – 27 ta’ Diċembru, 2020

Festa tal-Familja Mqaddsa – Sena B

· Tul iż-żmien tal-vaganzi se jkollna quddies animat apposta għat-tfal: nhar it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa se jkun hawn quddiesa animata bi stil għat-tfal fil-5.30pm. Inħeġġu lit-tfal u l-ġenituri biex ma jitilfux din l-opportunità!

· L-aħħar tliet ijiem tas-sena, nhar it-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis huma l-ġranet tal-Kwaranturi. L-Adorazzjoni tibda immedjatament wara l-quddiesa tat-7.45am u tibqa’ sejra sa qabel il-quddiesa tal-5.30pm (tat-tfal). F’dawn il-ġranet il-Kappella tal-Adorazzjoni ta’ San Ġwann tkun magħluqa.

· Biex niżguraw li waqt il-kwaranturi l-ħin kollu jkun hawn persuni quddiem Ġesù Sagramentat, fejn il-bieb tal-ġenb tal-knisja hemm karti fejn wieħed jista’ jikteb ismu u jikkommetti ruħu li jiġi għall-adorazzjoni f’ħin partikulari tul it-tlett ijiem. B’hekk bħala komunità nkunu qed noħolqu katina sħiħa ta’ adorazzjoni quddiem Ġesù.

· Il-Ħamis filgħaxija l-quddies ikun bħal nhar ta’ Sibt filgħaxija, jiġifieri fil-5:15pm u fis-6.30pm. Waqt il-quddiesa tas-6.30pm isir il-kant tat-Te Deum b’ringrazzjament lil Alla għal din is-sena li għaddhiet.

· Il-Ġimgħa, nhar l-Ewwel tas-Sena, il-ħin tal-quddies ikun kollu bħal nhar ta’ Ħadd.

· Fl-ewwel tas-sena ssir il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi b’risq id-Dar tal-Providenza. L-offerta tal-parroċċa tagħna tingħata lid-Dar tal-Providenza dakinhar stess filgħaxija. Nitolbukom tkunu ġenerużi.

Nhar il-Ħadd, is-seminarista Clive Seychell (li fil-preżent qed iservi fil-parroċċa tagħna), flimkien ma’ tnejn oħra minn sħabu se jkun qed jirċievi l-ministeru tal-Lettorat waqt quddiesa mmexxija mill-Arċisqof fid-9.30am fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Tajjeb li nżommuh ħafna fit-talb tagħna.​


Recent Posts

See All

Avviżi – 7 ta’ Novembru 2021

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad ir-Rużarju u wara ssir quddiesa u t-tberik tal-oqbra. Infakkru

AVVIŻI – 17 ta’ Ottubru 2021

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta fl-10.00am, fiċ-Ċentru Santissima Trinità. · Nhar it-

Avviżi – 26 ta’ Settembru 2021

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5 ikollhom laqgħa t-Tnejn u l-Ħamis bejn is-6.00pm u s-6.30pm. Minn ye

bottom of page