top of page

Avviżi – 23 ta’ Mejju 2021

Għid il-Ħamsin – (Sena B) · Nhar l-Erbgħa wara l-quddiesa tas-6.30pm ser issir laqgħa fil-knisja għal dawk li s-soltu jqassmu l-magażin FLIMKIEN u l-magażin tal-Festa. Stedina wkoll għal dawk li jixtiequ jagħtu daqqa t’id f’dan il-ministeru. · Stedina speċjali għat-tfal li għalqu sninhom tul ix-xahar ta’ Mejju, għall-quddiesa tat-8.30am nhar is-Sibt. Dawk it-tfal li jixtiequ jidħlu fil-lista li għandna, jistgħu jibagħtu messaġġ bid-dettalji tagħhom fuq il-paġna tal-Facebook Quddies tat-Tfal Siġġiewi. · Tul il-weekend li ġej, 98 tifel u tifla mill-Parroċċa tagħna se jersqu biex jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Minħabba ċ-ċirkustanzi u l-miżuri ta’ bħalissa se jkunu qed isiru żewġ ċelebrazzjonijiet: is-Sibt waqt il-quddiesa tas-6.30pm u l-Ħadd waqt il-quddiesa tad-9.30am. Dawn ser jiġu mxandra b’mod dirett fuq il-paġna tal-Facebook Parroċċa San Nikola, Siġġiewi. · Minħabba ċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina, nhar il-Ħadd l-aħħar quddiesa ta’ filgħodu tkun fil-11.30am flok fil-11.00am. · Min jixtieq, aħna u ħerġin mill-knisja jista’ jieħu sehem f’lotterija b’risq il-proġett tal-vażuni u l-fjuretti ta’ mal-istatwa ta’ San Nikola, li tittella’ l-Ħadd stess wara l-quddiesa tal-5.30pm. Dawk li jixtiequ joffru donazzjoni b’risq dan il-proġett jistgħu jkellmu lill-Arċipriet. · Nitolbu għall-erwieħ ta’ Charlie Aquilina u Lourdes Cachia li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa. “Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”

Recent Posts

See All

Avviżi – 7 ta’ Novembru 2021

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad ir-Rużarju u wara ssir quddiesa u t-tberik tal-oqbra. Infakkru

AVVIŻI – 17 ta’ Ottubru 2021

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta fl-10.00am, fiċ-Ċentru Santissima Trinità. · Nhar it-

Avviżi – 26 ta’ Settembru 2021

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5 ikollhom laqgħa t-Tnejn u l-Ħamis bejn is-6.00pm u s-6.30pm. Minn ye

bottom of page