top of page

Avviżi – 22 ta’ Novembru 2020

Kristu Re - L-34 Ħadd Matul is-Sena - (Sena A)

·    Illum il-Ħadd qed niċċelebraw is-solennità ta’ Kristu Re. Mons. Arċisqof se jmexxi Ċelebrazzjoni Djoċesana li tibda fil-5.00pm fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, f’Raħal Ġdid.

·    Nhar is-Sibt li ġej niċċelebraw il-Birthdays tat-tfal li għalqu jew se jagħlqu sninhom f’Novembru, fil-quddiesa tat-8.30am.

·    Nhar is-Sibt, il-Grupp tal-Armar 6 ta’ Diċembru se jorganizza attività b’riżq l-armar tal-festa, fejn wieħed jista’ jkollu l-ikel imwassal f’daru stess. Aktar dettalji fuq in-notice boards, jew mill-membri tal-Grupp stess.

·    Bi tħejjija għall-festa liturġika ta’ San Nikola qed nitolbu lil dawk il-koppji li tul din is-sena (2020) ċċelebraw l-anniversarju speċjali ta’ 25 jew 50 sena miż-żwieġ tagħhom biex iħallu d-dettalji tagħhom fis-sagristija.

·    Fil-ġimgħat li ġejjin se jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul ta’ tfal fl-iskejjel tal-knisja.  Aktar dettalji min-notice boards, mill-iskejjel tal-Knisja stess jew mill-website tal-Kurja: www.knisja.mt.

·    Infakkru li aħna u ħerġin mill-Knisja, min jixtieq jista’ jieħu sehem f’lotterija b’riżq il-proġett tal-vażuni ta’ mal-istatwa ta’ San Nikola, liema lotterija se tittella’ nhar il-festa ta’ San Nikola, fis-6 ta’ Diċembru. Għal min jinteressah ukoll, wieħed jista’ jakkwista maskra bl-arma ta’ San Nikola, maħruġa mill-Parroċċa. Nirringrazzjawkom bil-quddiem tas-support tagħkom.

·     Nitolbu għall-erwieħ ta’ Nikola Vassallo u Pawla Attard li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. “Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”

Recent Posts

See All

Avviżi – 7 ta’ Novembru 2021

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad ir-Rużarju u wara ssir quddiesa u t-tberik tal-oqbra. Infakkru

AVVIŻI – 17 ta’ Ottubru 2021

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta fl-10.00am, fiċ-Ċentru Santissima Trinità. · Nhar it-

Avviżi – 26 ta’ Settembru 2021

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5 ikollhom laqgħa t-Tnejn u l-Ħamis bejn is-6.00pm u s-6.30pm. Minn ye

bottom of page