top of page

AVVIŻI – 18 ta’ Ottubru 2020

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena

(Jum il-Missjoni) - Sena A

·         Illum qegħdin niċċelebraw Jum il-Missjoni.  Aħna mħeġġin ngħinu din il-ħidma Missjunarja tal-Knisja bit-talb, b’xi sagrifiċċju u bl-offerti tagħna. Ħaġa sabiħa wkoll li nitolbu għall-Missjunarji u l-ħidma li jwettqu.

·         Bil-għan li nevitaw li jkun hawn xi quddies tal-Ħadd fejn ikollna nżommu n-nies milli jidħlu fil-Knisja (peress li tkun diġa mimlija), mill-Ħadd li ġej se tkun qed tiżdied quddiesa oħra fis-7:00pm. Din il-quddiesa se tkun animata bi stil żagħżugħ.

·         Infakkru li matul dan ix-xahar ta’ Ottubru, xahar dedikat lill-Madonna, qed jiġi animat ir-Rużarju immedjatament wara l-quddiesa tas-7.00am u fis-6.00pm quddiem Ġesù Sagramentat, qabel il-Quddiesa ta’ filgħaxija.

Recent Posts

See All

Avviżi – 7 ta’ Novembru 2021

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad ir-Rużarju u wara ssir quddiesa u t-tberik tal-oqbra. Infakkru

AVVIŻI – 17 ta’ Ottubru 2021

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta fl-10.00am, fiċ-Ċentru Santissima Trinità. · Nhar it-

Avviżi – 26 ta’ Settembru 2021

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5 ikollhom laqgħa t-Tnejn u l-Ħamis bejn is-6.00pm u s-6.30pm. Minn ye

bottom of page