top of page

Avviżi – 18 ta’ April, 2021

It-Tielet Ħadd tal-Għid - (Sena B) Mil-lum il-Ħadd, fil-knisja parrokkjali qed jerġa’ jsir il-quddies. Infakkru li l-ħinijiet tal-quddies ikunu mit-Tnejn sas-Sibt fil-5.30am, fis-6.15am, fis-7.00am, fit-7.45 (is-Sibt fit-8.30am) u fis-6.30pm. Il-Ħadd fis-6.00am, fis-7.00am, fit-8.00am, fid-9.30am (tixxandar b’mod dirett fuq il-paġna tal-Facebook tal-parroċċa), fil-11.00am (animata bi stil għat-tfal), fil-5.30pm u fis-7.00pm (animata bi stil żagħżugħ). Infakkru li ser jibqgħu jittieħdu l-istess miżuri li kienu jittieħdu qabel biex tiġi mħarsa s-saħħa ta’ kulħadd. Nhar il-Ġimgħa, fis-7.15pm ser issir laqgħa online għall-ġenituri li wliedhom ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma f’Ottubru li ġej. Nhar is-Sibt, għall-quddiesa tat-8.30am, nistiednu lit-tfal kollha b’mod speċjali dawk li għalqu sninhom matul ix-xahar ta’ April. Dawk it-tfal li għad għandhom il-Karus ta’ Mħabba jistgħu jġibuh il-knisja dakinhar stess. Il-Grupp tal-Armar 6 ta’ Diċembru ser jorganizza Ikla mill-Qalb nhar is-Sibt li ġej. Aktar dettalji minn fuq in-noticeboards jew mill-paġna tal-Facebook Armar Siġġiewi.

Recent Posts

See All

Avviżi – 7 ta’ Novembru 2021

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad ir-Rużarju u wara ssir quddiesa u t-tberik tal-oqbra. Infakkru

AVVIŻI – 17 ta’ Ottubru 2021

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta fl-10.00am, fiċ-Ċentru Santissima Trinità. · Nhar it-

Avviżi – 26 ta’ Settembru 2021

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5 ikollhom laqgħa t-Tnejn u l-Ħamis bejn is-6.00pm u s-6.30pm. Minn ye

bottom of page