top of page

Avviżi – 15 ta’ Novembru 2020

It-Tlieta u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena - (Sena A)

·   Illum il-Ħadd niċċelebraw il-Festa tal-Madonna tad-Dawl. Fil-5.00pm jkollna Rużarju meditat animat mill-fratelli u fil-5.30pm il-quddiesa bis-sehem tal-Kor Parrokkjali.

·   Nhar it-Tnejn fil-quddiesa tas-6.30pm ser inkunu qed nitolbu wkoll għall-membri mejtin tal-erba’ fratellanzi tal-parroċċa.

·   Nhar it-Tnejn ser issir laqgħa ta’ formazzjoni għall-fratelli fis-7.00pm fil-knisja parrokkjali.

·   Is-Sibt u l-Ħadd li ġej tiġi fi tmiemha s-sena liturġika tal-Knisja bis-solennità ta’ Kristu Re.

·   Aħna u ħerġin mill-Knisja, min jixtieq jista’ jieħu sehem f’lotterija b’riżq il-proġett tal-vażuni ta’ mal-istatwa ta’ San Nikola. Din il-lotterija se tittella’ nhar il-festa ta’ San Nikola, fis-6 ta’ Diċembru. Nirringrazzjawkom bil-quddiem tas-support tagħkom.

·   Nitolbu għall-erwieħ ta’ Pawla Mallia, Carmen Aquilina, Doris Schembri u Grace Bonello li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. “Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”​


Recent Posts

See All

Avviżi – 7 ta’ Novembru 2021

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad ir-Rużarju u wara ssir quddiesa u t-tberik tal-oqbra. Infakkru

AVVIŻI – 17 ta’ Ottubru 2021

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta fl-10.00am, fiċ-Ċentru Santissima Trinità. · Nhar it-

Avviżi – 26 ta’ Settembru 2021

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5 ikollhom laqgħa t-Tnejn u l-Ħamis bejn is-6.00pm u s-6.30pm. Minn ye

bottom of page