top of page

AVVIŻI – 11 ta’ Lulju 2021

Il-Ħmistax-il Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B

· Infakkru li qed tiġi animata quddiesa kuljum għat-tfal u l-familji. Qed issir b’dan il-mod:

  • mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7.30pm;

  • is-Sibt fit-8.30am;

  • il-Ħadd fil-11.00am.

· Bħala parti mill-proċess tal-estensjoni taċ-Ċimiterju, nistiednu lil kull min hu interessat li jixtri qabar (inkluż dawk li kienu taw isimhom fil-passat), biex jiġbor formola mis-sagristija, jimliha, ipoġġiha ġo envelopp u jħalliha f’kaxxa apposta li hemm fis-sagristija stess. Wieħed jista’ jibgħat il-formola wkoll email fl-indirizz elettroniku miktub fl-istess formola.

· Is-Soċjetà tal-MUSEUM reġgħet ippubblikat il ġurnalin Il-Paċi Magħkom, ġabra ta’ artikli qosra u stejjer b’tagħlim għal ħajja. Nistednukom tieħdu kopja magħkom intom u ħerġin mill-Knisja.

· Illum il-Ħadd, fuq iz-zuntier, aħna u ħerġin mill-Knisja qed isir bejgħ ta’ oġġetti li l-qligħ minnhom se jmur b’riżq il-missjoni fil-Perù u fil-Gwatemala.

  • Nitolbu għal ruħ Nikola Baldacchino li ħalliena matul din il-ġimgħa. “Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”

Recent Posts

See All

Avviżi – 7 ta’ Novembru 2021

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad ir-Rużarju u wara ssir quddiesa u t-tberik tal-oqbra. Infakkru

AVVIŻI – 17 ta’ Ottubru 2021

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta fl-10.00am, fiċ-Ċentru Santissima Trinità. · Nhar it-

Avviżi – 26 ta’ Settembru 2021

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5 ikollhom laqgħa t-Tnejn u l-Ħamis bejn is-6.00pm u s-6.30pm. Minn ye

bottom of page