top of page

Avviżi – 11 ta’ April, 2021

It-Tieni Ħadd tal-Għid (Sena B) Min-nhar il-Ħadd, 18 ta’ April, fil-knisja parrokkjali ser jerġa’ jibda jsir il-quddies. Infakkru li l-ħinijiet ser jibqgħu l-istess. Ikun hawn quddies fis-6.00am, fis-7.00am, fit-8.00am, fid-9.30am (tixxandar b’mod dirett fuq il-paġna tal-Facebook tal-parroċċa), fil-11.00am (animata bi stil għat-tfal), fil-5.30pm u fis-7.00pm (animata bi stil żagħżugħ). Infakkru li ser jibqgħu jittieħdu l-istess miżuri li kienu jittieħdu qabel biex tiġi mħarsa s-saħħa ta’ kulħadd. Min-nhar it-Tnejn il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju parrokkjali ser ikunu t-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa bejn il-5.30pm u s-6.30pm u s-Sibt bejn id-9.30am u l-11.00am. Min-nhar it-Tnejn iċ-ċimiterju ser ikun miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-3.00pm u l-5.00pm, is-Sibt bejn it-8.00am u l-10.00am u l-Ħadd bejn it-8.00am u l-11.00am. Infakkru lit-tfal li għandhom il-Karus ta’ Mħabba b’risq id-Dar tal-Providenza, biex iġibuh il-knisja u jpoġġuh fil-qfief li hemm quddiem l-artal. Infakkru li min jixtieq jagħti donazzjoni b’risq il-bżonnijiet tal-knisja (manutenzjoni tal-knisja u l-live streaming) jista’ jibgħat l-offerta tiegħu bil-BOV Mobile Pay (79612456) jew permezz tar-Revolut (99239407). Nirringrazzjaw lil dawk li diġà bagħtu d-donazzjonijiet tagħhom. Nitolbu għal ruħ Ġamri Borg, Nikola Ciantar, Madalena Bugeja u Nazzarena Bonello li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. “Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”

Recent Posts

See All

Avviżi – 7 ta’ Novembru 2021

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad ir-Rużarju u wara ssir quddiesa u t-tberik tal-oqbra. Infakkru

AVVIŻI – 17 ta’ Ottubru 2021

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta fl-10.00am, fiċ-Ċentru Santissima Trinità. · Nhar it-

Avviżi – 26 ta’ Settembru 2021

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5 ikollhom laqgħa t-Tnejn u l-Ħamis bejn is-6.00pm u s-6.30pm. Minn ye

bottom of page