top of page

Avviżi tat-30 ta' Mejju, 2021

It-Trinità Qaddisa – (Sena B) · F’dan il-weekend, 98 tifel u tifla mill-parroċċa tagħna ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Nitolbu għalihom u għall-familji tagħhom biex ikunu dejjem viċin ta’ Ġesù. Minħabba l-quddiesa tal-Ewwel Tqarbina, l-aħħar quddiesa ta’ filgħodu tkun fil-11.30am minflok fil-11.00am. · Nhar it-Tlieta jiltaqa’ l-Grupp Mothers’ Prayers fiċ-Ċentru Santissima Trinità fl-10.00am. · Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa tas-6.30pm ser issir Adorazzjoni fejn nitolbu b’mod partikulari għall-Vokazzjonijiet Saċerdotali u Reliġjużi. · Se ssir laqgħa ta’ formazzjoni għall-fratelli, nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm, fil-Knisja Parrokkjali. · Il-Grupp tal-Armar 6 ta’ Diċembru ser jorganizza Ikla mill-Qalb nhar is-Sibt li ġej. Aktar dettalji minn fuq in-noticeboards jew mill-paġna tal-Facebook Armar Siġġiewi. · It-Tnejn 7 ta’ Ġunju fis-7.15pm ser tiġi ċċelebrata Festa ta’ Mħabba waqt quddiesa għat-tfal kollha. Il-ġenituri huma mħeġġa jibbukkjaw fuq il-paġna tal-Facebook Quddies tat-Tfal Siġġiewi. · Matul din il-ġimgħa se jibdew jitqassmu l-envelops b’risq il-festa titulari f’ġieħ il-patrun tagħna San Nikola. Filwaqt li nirringrazzjaw lil dawk il-voluntiera li s-soltu jgħinuna fit-tqassim, nitlob lil dawk li jqassmu biex jiġbru l-envelops minn fuq l-Artal tar-Rużarju. · Il-YTC flimkien mal-Uffiċċju Missjunarju ser jorganizzaw ġita għal Bari bejn is-7 u l-11 ta’ Lulju. Aktar dettalji minn fuq in-noticeboards jew mis-sagristija. · Inħeġġu lil dawk il-persuni li għadhom ma ħadux it-tilqima biex jirreġistraw għaliha b’mod online inkella jagħtu d-dettalji tagħhom fis-sagristija. · Nitolbu għall-erwieħ ta’ Rita Muscat u Ġużeppi Vella li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa. “Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”

Recent Posts

See All

Avviżi – 7 ta’ Novembru 2021

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad...

AVVIŻI – 17 ta’ Ottubru 2021

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta...

留言


bottom of page