Solennità tal-Qaddisin Kollha - Sena A
· Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad ir-Rużarju u wara ssir quddiesa u t-tberik tal-oqbra.
· It-Tnejn nagħmlu t-Tifkira Solenni tal-Mejtin kollha. Il-quddies jibda fil-5.30am u jkompli kull nofs siegħa, bl-aħħar quddiesa filgħodu tkun fit-8.30am. Filgħaxija fis-6.30pm ikollna quddiesa kantata u konċelebrata biex nitolbu għal qrabatna mejtin speċjalment dawk li mietu minn Novembru tas-sena l-oħra ’l hawn.
· Tul il-mid-term holidays, se jkollna quddies animat apposta għat-tfal: it-Tnejn fit-8.30am, waqt li t-Tlieta u l-Erbgħa se jkollhom quddiesa fil-5.30pm. Inħeġġu lit-tfal biex ma jitilfux din l-opportunità!
· It-Tlieta, waqt il-quddiesa tal-5.30pm se ssir Holyween Celebration għat-tfal. It-tfal huma mħeġġin biex jiġu liebsa l-abjad, waqt li wara l-quddiesa titqassam goodie bag lit-tfal kollha li jattendu. Peress li l-postijiet huma limitati, it-tfal u l-familji huma mħeġġin biex japplikaw online fuq il-facebook page Quddies tat-Tfal Siġġiewi.
· Mill-Ħamis li ġej, kull xahar se nkunu qed niddedikaw il-ħin tal-adorazzjoni biex nitolbu għal vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi fil-parroċċa tagħna. Għalhekk, nhar il-Ħamis li ġej, wara l-quddiesa tas-6.30pm se nkunu qed nitolbu lil Sid il-Ħsad bit-tema “M’Għandhomx Inbid!”.
· Nhar il-Ħadd jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija f’quddiesa fit-3.30pm.
· Infakkru li kull nhar ta’ Ħadd, il-quddiesa tal-11.00am se tibda tkun animata bi stil għall-familja kollha, waqt li tiġi ċċelebrata quddiesa oħra fis-7.00pm, liema quddiesa qed tkun animata bi stil żagħżugħ.
· Bi tħejjija għall-festa liturġika tal-Patrun tagħna San Nikola, il-Grupp tal-Armar ħejja disinn ta’ pavaljun li jista’ jintrama mal-gallarija. Min hu interessat biex jordna wieħed jista’ jagħti titwila n-noticeboard tal-knisja jew ikellem lil xi ħadd mill-membri.
Comments