top of page

Avviżi – 9 ta’ Mejju 2021

Is-Sitt Ħadd tal-Għid – (Sena B) · Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, iċ-ċimiterju ser ikun miftuħ illum il-Ħadd bejn it-8.00am u l-4.00pm. · It-Tnejn se niċċelebraw il-Festa (trasferita) ta’ San Ġorġ Preca. F'din l-okkażjoni s-Soċjetà tal-MUSEUM qed toffri ktejjeb b'kitbiet u talb ta' San Ġorġ Preca. Dan ikun jista’ jinġabar min fejn il-bieb tal-ħruġ tal-knisja wara kull quddiesa tul il-jum tat-Tnejn stess. · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-subien jixtieq javża li mit-Tnejn se jerġgħu jsiru wkoll laqgħat tat-tfal u żgħażagħ fil-qasam tal-MUSEUM. Il-ħinijiet tal-laqgħat jinsabu fuq il-paġna ta’ facebook MUSEUM Siġġiewi. · Nhar it-Tlieta bejn il-4.45pm u s-6.15pm ser issir l-Ewwel Qrara għat-tfal subien u bniet li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina ftit tal-ġimgħat oħra. · Nhar il-Ħamis se ssir laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7.15pm fil-Knisja Parrokkjali. · Nhar il-Ġimgħa se ssir l-aħħar laqgħa ta’ tħejjija għall-ġenituri tat-tfal li se jersqu għall-Ewwel Tqarbina. Il-laqgħa se ssir fil-Knisja Parrokkjali stess fis-7.15pm. · F’isem il-Blood Donation Unit nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li kienu ġenerużi fl-għoti tad-demm nhar l-1 ta’ Mejju fil-pjazza tar-raħal. B’kollox kien hemm 29 persuna li tul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu taw id-demm! Grazzi! · Nitolbu għal ruħ Salvina Schembri li ħallietna matul din il-ġimgħa. Nitolbu wkoll għall-ommijiet tagħna li għaddew għal Ħajja ta’ Dejjem. “Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”

Recent Posts

See All

Avviżi – 7 ta’ Novembru 2021

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad...

AVVIŻI – 17 ta’ Ottubru 2021

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta...

Comments


bottom of page