Avviżi – 8 ta’ Novembru 2020

It- Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena A)

·    Nhar it-Tnejn, se ssir laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, fis-7.00pm, fil-Knisja Parrokkjali.

·    Nhar is-Sibt għall-quddiesa tat-8.30am nistiednu lit-tfal kollha biex flimkien niċċelebraw il-festa ta’ San Martin. Aktar dettalji minn fuq il-paġna tal-facebook Quddies tat-Tfal Siġġiewi.

·    Nhar il-Ħadd niċċelebraw il-Festa tal-Madonna tad-Dawl. Fil-5.00pm ikollna Rużarju meditat animat mill-fratelli u fil-5.30pm il-quddiesa.

·   Infakkru li kull nhar ta’ Ħadd, il-quddiesa tal-11.00am qed tkun animata bi stil għat-tfal adattat għall-familja kollha, waqt li qed tiġi ċċelebrata quddiesa oħra fis-7.00pm, liema quddiesa qed tkun animata bi stil żagħżugħ.

·    Fuq il-paġna tal-Facebook Parroċċa San Nikola Siġġiewi, nistgħu naqraw b’mod online il-magażin FLIMKIEN għax-xahar ta’ Novembru, li minħabba ċ-ċirkustanzi straordinarji ta’ bħalissa mhux se jkun qed jitqassam bieb bieb.

·    Matul din il-ġimgħa l-Mulej għoġbu jsejjaħ għall-Ħajja ta’ Dejjem lil Monica Scicluna. Agħtiha o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem...​

Recent Posts

See All

Avviżi – 9 ta’ Mejju 2021

Is-Sitt Ħadd tal-Għid – (Sena B) · Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, iċ-ċimiterju ser ikun miftuħ illum il-Ħadd bejn it-8.00am u l-4.00pm. · It-Tnejn se niċċelebraw il-Festa (trasfer

AVVIŻI – 2 ta’ Mejju 2021

Il-Ħames Ħadd tal-Għid – (Sena B) · Infakkru li tul dan ix-xahar iddedikat lil Ommna Marija, ir-Rużarju qed jiġi animat fil-Knisja Parrokkjali mit-Tnejn sas-Sibt immedjatament wara l-quddiesa tas-7.00

Avviżi – 25 t’April, 2021

Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid – (Sena B) · Nhar it-Tlieta, fis-7.00pm ser issir laqgħa ta’ formazzjoni għall-Fratelli fil-Knisja Parrookkjali. · is-Sibt nagħtu bidu għax-xahar ta’ Mej