It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad ir-Rużarju u wara ssir quddiesa u t-tberik tal-oqbra. Infakkru li matul ix-xahar ta’ Novembru, iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-2.00pm u l-5.00pm. Is-Sibt bejn it-8.00am u s-2.00pm u l-Ħadd bejn it-8.00am u t-3.00pm. F’każ ta’ maltemp, iċ-ċimiterju ma jiftaħx. · Nhar il-Ħamis, se ssir laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, fis-7.15pm, fil-Knisja Parrokkjali. · Stedina speċjali għar-romol kollha, għall-quddiesa tas-6.30pm, nhar il-Ġimgħa, fejn se nitolbu b’mod partikulari għall-għeżież tagħhom mejtin. Bi tħejjija għal din iċ-ċelebrazzjoni, qed nistiednu lir-romol biex matul din il-ġimgħa jġibu s-santa tal-mewt ta’ żwieġhom/marthom u jwaħħluha ma’ board apposta li għandna fuq quddiem tal-knisja. Nhar is-Sibt għall-quddiesa tat-8.30am nistiednu lit-tfal kollha biex flimkien niċċelebraw il-festa ta’ San Martin. Tistgħu tibbukkjaw minn fuq il-paġna tal-Facebook Quddies tat-Tfal Siġġiewi. · Il-Grupp tal-Armar 6 ta’ Diċembru ser jorganizza Ikla mill-Qalb nhar is-Sibt li ġej, fejn l-ikel jitwassal fi djarna stess. Aktar dettalji minn fuq in-noticeboards jew mill-paġna tal-Facebook Armar Siġġiewi. · Nhar il-Ħadd jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija f’quddiesa fit-3.30pm. · Nhar il-Ħadd niċċelebraw il-Festa tal-Madonna tad-Dawl. Fil-5.00pm jkollna Rużarju meditat animat mill-fratelli u fil-5.30pm il-quddiesa. · Fuq il-paġna tal-Facebook Parroċċa San Nikola Siġġiewi, nistgħu naqraw b’mod online il-magażin FLIMKIEN għax-xahar ta’ Novembru. Min jixtieq jista’ jiġbor kopja minn fejn il-bieb tal-knisja.
top of page
Recent Posts
See AllId-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta...
Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5...
L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Wara sejħa mill-Papa Franġisku, l-Isqfjijiet ta’ Malta u Għawdex qed...
bottom of page
Comments