top of page

Avviżi – 7 ta’ Frar 2021

Il-Ħames Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B

· Nhar it-Tnejn se ssir laqgħa ta’ formazzjoni għall-fratelli fil-Knisja Parrokkjali stess, fis-7.00pm.

· L-Erbgħa niċċelebraw is-solennità tan-Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl fostna. Infakkru li din hija festa kmandata u għalhekk il-ħin tal-quddies ikun kollu bħal nhar ta’ Ħadd. Lejliet, it-Tlieta filgħaxija, ikun hawn quddiesa waħda fis-6.30pm.

· Nhar il-Ħamis se ssir laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7.15pm fil-knisja parrokkjali.

· Nhar il-Ħadd fit-3.30pm ssir quddiesa li fiha jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija.

· Fuq il-paġna tal-Facebook Parroċċa San Nikola Siġġiewi, nistgħu naqraw b’mod online il-magażin FLIMKIEN għax-xahar ta’ Frar, li minħabba ċ-ċirkustanzi straordinarji ta’ bħalissa mhux qed jitqassam bieb bieb.

· Nitolbu għal ruħ Maria Vella, Nicholas Scerri u Kalċidon Vella li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. “Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”

Recent Posts

See All

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad ir-Rużarju u wara ssir quddiesa u t-tberik tal-oqbra. Infakkru

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta fl-10.00am, fiċ-Ċentru Santissima Trinità. · Nhar it-

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5 ikollhom laqgħa t-Tnejn u l-Ħamis bejn is-6.00pm u s-6.30pm. Minn ye

bottom of page