Avviżi – 6 ta’ Diċembru 2020

Solennità ta’ San Nikola - Sena B

·     Infakkru llum il-Ħadd wara l-quddiesa tas-7.00pm se tittella’ l-lotterija b’risq il-proġett tal-vażun u l-fjuretti ta’ mal-vara ta’ San Nikola. Fil-ġenb tal-knisja nistgħu naraw sample tal-fjuri tal-ganutell li se jkunu qed jintużaw fil-fjuretti ġodda li qed jinħadmu. Hemm ukoll board li turina b’mod grafiku fiex wasalna fil-ġbir b’risq dan il-proġett. Kull kaxxa mikxufa tirrappreżenta donazzjoni ta’ €20.

·     Nhar it-Tlieta niċċelebraw il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni u xieraq li nqaddsu din il-ġurnata bis-sehem tagħna fil-quddiesa.  Il-ħin tal-quddies ikun kollu bħal fost ix-xogħol. Filgħaxija, stedina speċjali għat-tfal kollha biex jieħdu sehem fil-quddiesa tas-6.30pm. waqt din il-quddiesa se tkun qed issir ukoll il-Vestizzjoni ta’ abbati ġdid. Nitolbu għall-abbatini u għal iktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi mill-parroċċa tagħna.

·     Nhar it-Tlieta fil-Pjazza ser ikun hemm il-Blood Donation Unit għal min jixtieq jagħti d-demm, bejn it-8.30am u s-1.00pm. Wieħed għandu dejjem jippreżenta l-karta tal-identità.

·     Nhar il-Ħamis fis-7.15pm imiss li ssir laqgħa oħra tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fil-Knisja Parrokkjali.

·     Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien jixtieq javża li minħabba ċ-ċirkustanzi ta’ bħalissa, din is-sena mhux se jsiru laqgħat tal-Milied għall-ġenituri tat-tfal li jattendu l-MUSEUM biex uliedhom jingħataw ir-rigal. Għalhekk, nhar is-Sibt li ġej, mis-6.00pm ’l quddiem,  it-tfal subien li qed ikollhom laqgħat online, jistgħu jmorru l-MUSEUM biex jiġbru r-rigal tal-Milied. Aktar dettalji fuq il-paġna ta' Facebook.

·     Infakkru wkoll li wieħed jista’ jakkwista kopja tal-ktieb San Nikola, ktieb bil-Malti dwar il-ħajja tal-patrun tagħna u l-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi, miktub minn Dun Nikol Aquilina. Wieħed jista’ jakkwista kopja mis-sagristija u jkun qed jgħin lid-Dar tal-Providenza.

·     Membri tal-Għaqda tan-Nar San Nikola qegħdin ħdejn il-bieb tal-Knisja bil-kalendarji għas-sena 2021. Inkunu qed ngħinu lill-Għaqda tan-Nar jekk wieħed jakkwista kopja.

·     Nitolbu għal ruħ Nikolina Cutajar li għaddhiet għal Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa. “Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”​

Recent Posts

See All

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad ir-Rużarju u wara ssir quddiesa u t-tberik tal-oqbra. Infakkru

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta fl-10.00am, fiċ-Ċentru Santissima Trinità. · Nhar it-

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5 ikollhom laqgħa t-Tnejn u l-Ħamis bejn is-6.00pm u s-6.30pm. Minn ye