Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena A
· Illum il-Ħadd filgħaxija niċċelebraw il-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-5:00pm nitolbu flimkien l-Għasar, fil-5:30pm quddiesa kantata, wara jiġi animat ir-Rużarju u tingħata l-Barka Sagramentali.
· Issa li se terġa tibda l-iskola, minn għada t-Tnejn il-quddiesa li kienet qed tiġi animata għat-tfal mit-Tnejn sal-Erbgħa fis-7.15pm mhux se tibqa’ ssir, waqt li l-quddiesa li fis-sajf kienet fit-8.00am se terġa tibda ssir fit-7.45am biex it-tfal ikunu jistgħu jattendu għall-quddiesa qabel tibda l-iskola.
· Nhar il-Ħamis, se ssir laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, fis-7.00pm, fil-Knisja Parrokkjali.
· Nhar il-Ħadd se jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija waqt quddiesa fis-6.30pm.
· Infakkru li matul ix-xahar ta’ Ottubru, xahar dedikat lill-Madonna, qed jiġi animat ir-Rużarju immedjatament wara l-quddiesa tas-7.00am u fis-6.00pm quddiem Ġesù Sagramentat, qabel il-Quddiesa ta’ filgħaxija.
· Fuq il-paġna tal-Facebook Parroċċa San Nikola Siġġiewi, nistgħu naqraw b’mod online il-magażin FLIMKIEN għax-xahar ta’ Ottubru, li minħabba ċ-ċirkustanzi straordinarji ta’ bħalissa mhux se jkun qed jitqassam bieb bieb.
Kommentare