L-Erbatax-il Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B
· Illum il-Ħadd, minn nofsinhar sa nofsillejl, se tkun qiegħda ssir maratona b’risq id-Dar tal-Providenza. Inħeġġukom tkunu ġenerużi.
· Infakkru li qed jiġi animat quddies għat-tfal u l-familji kuljum:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7.30pm;
Is-Sibt fit-8.30am;
Il-Ħadd fil-11.00am.
· Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta fl-10.00am, fiċ-Ċentru Santissima Trinità.
· Stedina biex tingħaqdu magħna għal ħin ta’ Adorazzjoni, nhar il-Ħamis fis-7.00pm. Se nkunu qed nitolbu b’mod partikulari għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi.
· Bħala Komunità Nisranija, minn dal-weekend nilqgħu fostna lid-Djaknu Gabriel Vella li se jkun qed jieħu esperjenza u jservi fil-Parroċċa tagħna tul dawn it-tliet ġimgħat li ġejjin. Nilqgħu ukoll lis-seminarista Clive Seychell li se jkun qed iservi magħna tul dawn ix-xahrejn. Nilqgħuhom u nitolbu għalihom.
· Inħabbru wkoll li wara tliet snin iservi fil-Parroċċa tagħna, Mons Arċisqof għoġbu jafda ministeru ġdid lil Fr Mark Spiteri. Fi ftit ġimgħat se jkun qed jagħti bidu għall-ministeru tiegħu ġewwa l-Parroċċa tal-Mosta. Inroddulu ħajr għas-servizz li tana, waqt li nkomplu nżommuh fit-talb tagħna.
· Fuq il-paġna tal-Facebook Parroċċa San Nikola Siġġiewi, nistgħu naqraw b’mod online il-magażin FLIMKIEN għax-xahar ta’ Lulju.
Comentários