Avviżi – 4 ta’ April, 2021

L-Għid il-Kbir - (Sena B) · F’ismi u f’isem il-kleru kollu tal-Parroċċa tagħna nawguraw l-Għid it-tajjeb lilkom u lill-familji tagħkom. · Qed tkun organizzata quddiesa interattiva għat-tfal kull nhar ta’ Ħadd fil-11.00am. Aktar dettalji mill-paġna tal-Facebook Quddies tat-Tfal Siġġiewi. · Infakkru li l-knisja parrokkjali qed tkun miftuħa mit-Tnejn sas-Sibt bejn is-7.00am u t-8.30am u bejn il-5.30pm u s-7.00pm. Il-Ħadd tiftaħ bejn is-7.00am u d-9.15am u bejn il-5.30pm u s-7.00pm. · Il-Kappella ta’ San Ġwann tibqa’ miftuħa mit-Tnejn sas-Sibt bejn is-6.00am u d-9.00pm u l-Ħadd bejn is-6.00am u nofsinhar. · Il-Ħadd li ġej issir il-Festa tal-Ħniena Divina. Wara l-quddiesa diretta tad-9.30am fuq il-paġna tal-Facebook Parroċċa San Nikola Siġġiewi, se nkomplu b’ħin ta’ Adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat. · Infakkru lit-tfal li għandhom il-Karus ta’ Mħabba b’risq id-Dar tal-Providenza, biex iġibuh il-knisja u jpoġġuh fil-qfief li hemm quddiem l-artal. · Illum huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar li fih issir il-ġabra speċjali b’risq il-bżonnijiet tal-knisja. Matul l-aħħar ġimgħat il-ħidma u l-manutenzjoni fil-knisja kompliet għaddejja u komplejna ninvestu fl-aspett teknoloġiku biex inwasslulkom il-funzjonijiet reliġjużi tat-Tridu tal-Għid. Min jixtieq jagħti donazzjoni jista’ jibgħat l-offerta tiegħu bil-BOV Mobile Pay (79612456) jew permezz tar-Revolut (99239407). Kindly read our legal disclaimer here .

Recent Posts

See All

AVVIŻI – 25 ta’ Lulju 2021

Is-Sbatax-il Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B It-Tnejn, festa ta’ Sant Anna u San Ġwakkin, waqt il-quddiesa tas-7:30pm, ser issir Festa Nanniet – ċelebrazzjoni għat-tfal flimkien man-nanniet. Aktar de

AVVIŻI – 11 ta’ Lulju 2021

Il-Ħmistax-il Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Infakkru li qed tiġi animata quddiesa kuljum għat-tfal u l-familji. Qed issir b’dan il-mod: mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7.30pm; is-Sibt fit-8.30am; il-Ħadd

AVVIŻI – 4 ta’ Lulju 2021

L-Erbatax-il Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Illum il-Ħadd, minn nofsinhar sa nofsillejl, se tkun qiegħda ssir maratona b’risq id-Dar tal-Providenza. Inħeġġukom tkunu ġenerużi. · Infakkru li qed jiġ