IR-RABA’ ĦADD TA’ MATUL IS-SENA – SENA B
· Nhar il-Ħamis jaħbat l-ewwel Ħamis tax-xahar, u kif qed nagħmlu kull xahar, waqt l-adorazzjoni ta’ wara l-quddies tas-6.30pm se nitolbu għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi mill-parroċċa tagħna.
· Nhar il-Ġimgħa ser issir laqgħa għall-ġenituri tal-adolexxenti bniet u subien li se jersqu għall-Griżma tal-Isqof aktar tard din is-sena. Din se ssir fil-Knisja Parrokjali stess, fis-7.15pm. Inħeġġu lill-ġenituri biex jattendu.
· Infakkru li kull xahar qegħdin niġbru l-irċevuti fiskali għal-lotterija tal-irċevuti li r-rebħ minnhom imur b’risq il-ħidma li ssir fil-knisja tagħna. Wieħed jista’ jitfa’ l-irċevuti fil-kaxxi li tqiegħdu ħdejn in-noticeboards. Mit-tlugħ tal-lotterija tax-xahar ta’ Diċembru, il-parroċċa rebħet is-somma ta’ €10,715.
· Nitolbu għal ruħ Nikola Agius, li għadda għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa. “Agħtih o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem...”
Kindly read our legal disclaimer here .
top of page
Recent Posts
See AllIt-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad...
Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta...
Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5...
bottom of page
Comments