Solennità tal-Epifanija tal-Mulej – Sena B · Fil-ġranet tal-vaganzi li għad fadal se jkollna quddies animat apposta għat-tfal. Għalhekk, nhar it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa se jkun hawn quddiesa animata bi stil għat-tfal fil-5.30pm. Inħeġġu lit-tfal u l-ġenituri biex ma jitilfux din l-opportunità! · Nhar il-Ħamis jaħbat l-ewwel Ħamis tax-xahar, u kif qed nagħmlu kull xahar, waqt l-adorazzjoni ta’ wara l-quddies tas-6.30pm se nitolbu għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi mill-parroċċa tagħna. · Nhar il-Ħadd, il-membri tal-Azzjoni Kattolika Maltija se jingħaqdu minn djarhom biex waqt il-quddiesa mmexxija mill-Arċisqof li tixxandar fuq TVM2, fid-9:30am, iġeddu l-wegħdiet tat-tesserament tagħhom. · Nhar il-Ħadd jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija f’quddiesa fit-3.30pm. · Fuq il-paġna tal-Facebook Parroċċa San Nikola Siġġiewi, nistgħu naqraw b’mod online il-magażin FLIMKIEN għax-xahar ta’ Jannar, li minħabba ċ-ċirkustanzi straordinarji ta’ bħalissa mhux qed jitqassam bieb bieb. · Min jixtieq, aħna u ħerġin mill-knisja jista’ jieħu sehem f’lotterija b’risq il-proġett tal-vażuni ta’ mal-istatwa ta’ San Nikola, li tittella’ l-Ħadd stess wara l-quddiesa tal-5.30pm. Il-ġbir li sar b’risq id-Dar tal-Providenza minn diversi entitajiet Siġġiwin kien ta’ €17,062 li minnhom €13,473 nġabru mill-parroċċa. Ma’ dawn nistgħu nżidu wkoll €3,125 li nġabru mill-bejgħ tal-ktieb dwar is-soċju tal-MUSEUM Grezzju Pace. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.
Recent Posts
See AllIt-Tielet Ħadd tal-Għid - (Sena B) Mil-lum il-Ħadd, fil-knisja parrokkjali qed jerġa’ jsir il-quddies. Infakkru li l-ħinijiet tal-quddies ikunu mit-Tnejn sas-Sibt fil-5.30am, fis-6.15am, fis-7.00a
It-Tieni Ħadd tal-Għid (Sena B) Min-nhar il-Ħadd, 18 ta’ April, fil-knisja parrokkjali ser jerġa’ jibda jsir il-quddies. Infakkru li l-ħinijiet ser jibqgħu l-istess. Ikun hawn quddies fis-6.00am,
L-Għid il-Kbir - (Sena B) · F’ismi u f’isem il-kleru kollu tal-Parroċċa tagħna nawguraw l-Għid it-tajjeb lilkom u lill-familji tagħkom. · Qed tkun organizzata quddiesa interatt