L-Ewwel Ħadd tal-Avvent - (Sena B)
· Bi tħejjija għall-festa liturġika ta’ San Nikola, nistiednu l-membri tal-għaqdiet reliġjużi u soċjali biex jingħaqdu magħna għall-quddiesa tal-Ħamis fis-6.30pm.
· Kif nagħmlu kull xahar, waqt l-adorazzjoni tal-Ħamis se nitolbu għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi mill-parroċċa tagħna. Did-darba, bejn is-7.00 u t-8.00pm se nħallu lir-ragħaj - l-Isqof Nikola - idawwalna fit-talb tagħna indirizzat lil Sid il-Ħsad.
· M’hemmx mod aħjar kif nagħtu bidu għall-Avvent u nħejju ruħna biex niċċelebraw il-festa ta’ San Nikola milli nersqu lejn is-Sagrament tal-Qrar. Għalhekk, il-Ħamis bejn is-7.00pm u t-8.00pm se jkun hawn diversi saċerdoti disposti għall-qrar.
· Stedina lill-koppji miżżewġa, speċjalment dawk li tul din is-sena (2020) ċċelebraw l-anniversarju speċjali ta’ 25 jew 50 sena miż-żwieġ tagħhom biex jingħaqdu magħna għall-quddiesa tal-Ġimgħa fis-6.30pm. Waqt dil-quddiesa se jkollhom l-opportunità wkoll li jġeddu l-wegħdiet li għamlu dakinhar taż-żwieġ tagħhom. Dawn il-koppji mitluba jħallu d-dettalji tagħhom fis-sagristija biex ikollhom post riservat.
· Nhar il-Ġimgħa, wara l-quddiesa tas-6.30pm, se ssir preżentazzjoni tal- inawgurazzjoni tax-xogħol restawrat tal-pittura u l-kurċifiss tal-agunija minn Agatha Grima. Din se tixxandar fuq il-paġna tal-Facebook tal-Parroċċa.
· Stedina għat-tfal kollha biex niċċelebraw flimkien il-festa ta’ San Nikola waqt il-quddiesa tas-Sibt fit-8.30am. Min jixtieq jattendi jista’ jibgħat messaġġ fuq il-paġna tal-Facebook Quddies tat-Tfal Siġġiewi.
· Is-Sibt filgħaxija, fis-6.00pm, ir-relikwa tal-Patrun tagħna San Nikola titpoġġa fuq l-artal maġġur, waqt li ssir it-talba tal-Ewwel Għasar animata mill-Kor Parrokkjali. Wara, fis-6.30pm ssir quddiesa bil-liturġija tal-festa.
· Il-Ħadd 6 ta’ Diċembru, Jum il-Festa Liturġika ta’ San Nikola, waqt il-quddies kollu se tkun iċċelebrata l-liturġija ta’ San Nikola.
· Fid-9.30am se tiġi ċċelebrata l-Quddiesa Solenni tal-Festa mmexxija mis-saċerdot novell Fr Osmar Baldacchino. Infakkru li waqt din il-quddiesa wkoll, bħalma qed isir f’kull quddiesa, se jkunu qed jittieħdu l-miżuri kollha ta’ sigurtà u distanza soċjali. Għalhekk il-postijiet huma limitati. Però, din il-quddiesa se tkun qed tiġi live-streamed fuq il-paġna tal-Facebook Parroċċa San Nikola Siġġiewi.
· Nhar il-Ħadd se jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija f’quddiesa fit-3.30pm.
· It-Tlieta 8 ta’ Diċembru ser isir it-tindif tal-oqbra tal-komun li d-dfin fihom sar bejn Lulju, 2014 u Mejju 2015.
· Min jixtieq jista’ jieħu sehem f’lotterija b’risq il-proġett tal-vażuni ta’ mal-istatwa ta’ San Nikola. Tistgħu tixtru wkoll maskra bl-arma ta’ San Nikola, maħruġa mill-Parroċċa.