top of page

Avviżi – 28 ta’ Marzu 2021

Ħadd-il Palm - (Sena B) Qed nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa, l-egħżeż ġimgħa għalina l-Insara. It-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa l-Knisja Parrokkjali tkun miftuħa għat-talb personali bejn is-7.00 u t-8.30am u bejn il-5.30 u s-7.00pm. F’dak il-ħin ikun hawn ukoll saċerdoti disposti għall-qrar. Tul it-Tridu tal-Għid – mill-Ħamis sas-Sibt – il-Kappella tal-Adorazzjoni (ta’ San Ġwann) tinżamm magħluqa. Bħala Parroċċa se nkunu qed inxandru t-Tridu tal-Għid bil-livestreaming fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Parroċċa. Ħamis ix-Xirka: Filgħodu l-Knisja tinżamm magħluqa. Fil-5.30pm issir ċelebrazzjoni solenni li tfakkar l-aħħar ikla tal-Mulej li fiha waqqaf l-Ewkaristija u s-Saċerdozju. Il-Knisja tkun miftuħa għall-viżti u t-talb privat quddiem l-artal tar-repożizzjoni bejn is-6.30pm u 12.00am. Il-Ġimgħa l-Kbira: Il-Knisja tiftaħ għat-talb privat bejn is-6.00am u 12.00pm. Fit-3.00pm issir iċ-ċelebrazzjoni li tfakkar il-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu, fejn jinqara r-rakkont tal-Passjoni skont San Ġwann u l-Adorazzjoni tas-Salib. Sibt-il Għid: Huwa jum ta’ skiet u ġabra. Il-Knisja tinżamm magħluqa tul il-ġurnata kollha. Fit-8.00pm issir iċ-ċelebrazzjoni solenni tal-Vġili tal-Għid fejn niċċelebraw il-qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu mill-imwiet. Ħadd-il Għid: Fid-9.30am issir il-quddiesa solenni tal-Għid il-Kbir. Il-Knisja terġa’ tkun miftuħa għat-talb personali bejn is-7.00 u d-9.15am, u bejn il-5.30 u s-7.00pm. Nitolbu għall-erwieħ ta’ Joseph Pace, Catherine Cachia u Marianna Delia li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. “Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”

Recent Posts

See All

Avviżi – 7 ta’ Novembru 2021

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad...

AVVIŻI – 17 ta’ Ottubru 2021

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta...

Comments


bottom of page