Festa tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja - Sena A
· Nhar l-Erbgħa nistiednu lill-Koppji kollha li se jiżżewġu sa Ġunju tas-sena d-dieħla għall-aħħar laqgħa ta’ tħejjija għalihom, fis-7.15pm, fil-Knisja Parrokkjali.
· Nhar is-Sibt għall-quddiesa tat-8.30am nistiednu lit-tfal kollha li għalqu sninhom matul ix-xahar ta’ Ottubru.
· Nhar il-Ħadd niċċelebraw is-Solennità tal-Qaddisin kollha. Stedina speċjali għat-tfal biex din il-festa niċċelebrawha flimkien waqt il-quddiesa tal-11.00am li se tkun animata bi stil għat-tfal. Din is-sena, peress li ma nistgħux immorru nħabbtu l-bibien tan-nies, qed nistiednu lit-tfal biex għal din il-quddiesa jġibu magħhom xi għotjiet ta’ ikel li nkunu nistgħu ngħadduhom lill-familji fil-bżonn.
· Il-Ħadd nagħtu bidu għax-xahar ta’ Novembru, xahar iddedikat lill-għeżież tagħna mejtin. Il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ bejn it-8.00am u l-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad ir-rużarju u wara ssir quddiesa u t-tberik tal-oqbra. Aktar dettalji dwar il-ħinijiet tal-ftuħ taċ-ċimiterju f’Novembru u fil-ħin tax-xitwa ssibuhom fin-notice boards tal-knisja.
· Nhar il-Ħadd ukoll, is-seminarista Clive Seychell − li fix-xhur li ġejjin se jkun qed iservi fil-Parroċċa tagħna − flimkien ma’ tnejn oħra minn sħabu se jiġi milqugħ minn Mons Arċisqof bħala kandidat għas-saċerdozju, waqt konċelebrazzjoni fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt, fid-9.30am. Waqt li nilqgħu lil Clive fostna, tajjeb li nżommuh ħafna fit-talb tagħna.
· Infakkru li dan huwa l-aħħar weekend li se tkun qed tiġi ċċelebrata l-quddiesa tas-Sibt fis-7.15pm quddiem iċ-Ċentru Santissima Trinità. Fl-istess ħin infakkru wkoll li minn dan il-weekend se tibda tiġi ċċelebrata quddiesa oħra l-Ħadd fis-7.00pm, liema quddiesa se tkun qed tiġi animata bi stil żagħżugħ.
· Infakkru li f’dal-weekend naqilbu għall-ħin tax-xitwa, għalhekk indawru l-arloġġ siegħa lura. Il-ħinijiet tal-quddies jibqa’ l-istess, però l-Uffiċċju Parrokkjali jibda jiftaħ it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa bejn l-4.30pm u s-6.00pm, u s-Sibt bejn id-9.30am u l-11.00am.
· Ħafna minna niftakru lil Grezzju Pace, soċju tal-MUSEUM mir-raħal li ddedika ħajtu kollha (li ma kinitx daqshekk twila) għat-tagħlim u biex iressaq lin-nies lejn Ġesù. Fl-okkażżjoni tat-80 sena minn twelidu, qed jiġi ppubblikat ktieb interessanti ħafna bil-bijografija tiegħu. Żgur li lkoll kemm aħna għandna ħafna x’nitgħallmu minn Grezzju. Nistgħu nakkwistaw kopja ta’ dan il-ktieb minn ħdejn il-bieb tal-knisja stess. Il-qligħ kollu minn dan il-ktieb se jmur għad-Dar tal-Providenza.
· Il-ġabra għall-Missjoni tal-weekend li għadda, kienet ta’ €1355. Min għad għandu l-envelop tal-missjoni jista’ jġibu l-knisja. Grazzi ħafna.
Comments