Is-Sbatax-il Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B It-Tnejn, festa ta’ Sant Anna u San Ġwakkin, waqt il-quddiesa tas-7:30pm, ser issir Festa Nanniet – ċelebrazzjoni għat-tfal flimkien man-nanniet. Aktar dettalji mill-paġna tal-facebook Quddies tat-Tfal Siġġiewi. Għall-quddiesa ta’ nhar il-Ġimgħa fis-7.30pm qed nistiednu b’mod speċjali lit-tfal kollha li għalqu/se jagħlqu sninhom matul ix-xahar ta’ Lulju. Bħala komunità rroddu ħajr lil Alla għas-servizz li Fr Mark ta lill-Parroċċa tagħna tul dawn l-aħħar tliet snin. Aħna lkoll mistiedna ningħaqdu miegħu għall-quddiesa tad-9.30am li se jkun qed jiċċelebra nhar il-Ħadd li ġej. Il-Kummissjoni Djakonija fi ħdan il-Parroċċa, flimkien mal-Western Community (former LEAP) se tkun qed taħdem fuq inizjattiva fejn tipprovdi support lill-anzjani – kemm anzjani li jgħixu waħdehom u kemm anzjani li jkunu jixtiequ li jqattgħu ftit ħin jgħidu kelma ma’ xi ħadd fi djarhom stess. Għaldaqstant qed nagħmlu sejħa doppja (ngħaddu d-dettalji lill-Arċipriet jew xi ħadd mis-saċerdoti): o Sejħa għall-persuni li jixtiequ jgħinu billi jiddedikaw ftit ħin biex iżuru anzjani fi djarhom. o Sejħa għall-anzjani li jixtiequ jibbenefikaw minn dan il-proġett. Il-Fakultà tat-Teoloġija se tkun qed toffri diversi korsijiet interessanti, fosthom kors ta’ Diploma fuq l-Apprezzament tal-Patrimonju Ekkleżjastiku fuq bażi part time għal sentejn. Dan jolqot lil min jinteressawh l-arti tal-knejjes, Mużewijiet u Arkivji Parrokkjali. Min huwa interessat jista’ jitlob brochure mis-sagristija jew jibgħat email fuq theology@um.edu.mt. Nieħdu l-okkażżjoni nirringrazzjaw lil kulmin iġib l-irċevuti tal-VAT. Bi pjaċir ninfurmaw li mill-irċevuti ta’ Ġunju, il-Parroċċa rebħet is-somma ta’ €3918. Infakkru li l-irċevuti npoġġuhom f’kaxxa apposta aħna u deħlin fil-Knisja.
top of page
Recent Posts
See AllIt-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad...
Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta...
Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5...
bottom of page
Comments