Avviżi – 25 t’April, 2021

Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid – (Sena B) · Nhar it-Tlieta, fis-7.00pm ser issir laqgħa ta’ formazzjoni għall-Fratelli fil-Knisja Parrookkjali. · is-Sibt nagħtu bidu għax-xahar ta’ Mejju, xahar iddedikat lil Ommna Marija. Matulu jingħad ir-Rużarju fil-knisja mit-Tnejn sas-Sibt wara l-quddiesa tas-7.00am min-nisa tal-Azzjoni Kattolika. Filgħaxija jingħad fis-6.00pm qabel il-quddiesa tas-6.30pm. · Nhar is-Sibt se jkollna l-opportunità li nkunu ġenerużi mal-morda u mal-ħaddiema li jkorru fuq il-post tax-xogħol... billi nagħtu d-demm! Fil-pjazza tar-raħal se jkun hawn il-blood donation unit bejn it-8.30am u s-1.00pm. Ma ninsewx nieħdu magħna l-karta tal-identità, waqt li nserrħu rasna li se jkunu qed jittieħdu l-miżuri kollha biex tiġi protetta s-saħħa tad-donaturi. · Nhar il-Ħadd, fil-quddiesa tal-5.30pm ser niċċelebraw il-festa ta’ San Ġużepp bis-sehem tal-Fratelli. Fil-5.00pm ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-Għasar. · Nieħdu l-okkażjoni nirringrazzjaw lill-benefatturi kollha li bagħtu d-donazzjonijiet tagħhom b’risq il-parroċċa permezz tal-BOV Mobile Pay u bir-Revolut. Tul dawn l-aħħar tliet ġimgħat inġabret is-somma ta’ €832. Infakkru li min jixtieq jagħti donazzjoni b’risq il-bżonnijiet tal-knisja (manutenzjoni tal-knisja u l-live streaming) jista’ jibgħat l-offerta tiegħu bil-BOV Mobile Pay (79612456) jew permezz tar-Revolut (99239407). · Nitolbu għal ruħ Lucy Vassallo li għaddiet għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa. “Agħtiha o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem...”

Recent Posts

See All

AVVIŻI – 25 ta’ Lulju 2021

Is-Sbatax-il Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B It-Tnejn, festa ta’ Sant Anna u San Ġwakkin, waqt il-quddiesa tas-7:30pm, ser issir Festa Nanniet – ċelebrazzjoni għat-tfal flimkien man-nanniet. Aktar de

AVVIŻI – 11 ta’ Lulju 2021

Il-Ħmistax-il Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Infakkru li qed tiġi animata quddiesa kuljum għat-tfal u l-familji. Qed issir b’dan il-mod: mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7.30pm; is-Sibt fit-8.30am; il-Ħadd

AVVIŻI – 4 ta’ Lulju 2021

L-Erbatax-il Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Illum il-Ħadd, minn nofsinhar sa nofsillejl, se tkun qiegħda ssir maratona b’risq id-Dar tal-Providenza. Inħeġġukom tkunu ġenerużi. · Infakkru li qed jiġ