top of page

Avviżi – 24 ta’ Jannar 2021

IT-TIELET ĦADD TA’ MATUL IS-SENA – SENA B

· Waqt li rroddu ħajr lil numru sabiħ ta’ voluntiera mill-Komunità tagħna li sa min-nofs Ġunju li għadda baqgħu jgħinu fl-organizzazzjoni u ż-żamma tal-ordni biex nieħdu ħsieb is-saħħa ta’ xulxin f’kull quddiesa fil-Parroċċa tagħna, se ssir laqgħa għalihom nhar it-Tlieta fis-7.00pm, fil-Knisja Parrokkjali. Fl-istess ħin nagħmlu appell biex persuni oħra jissieħbu f’dan il-ministeru u jagħtu daqqa t’id fl-ushering. Dawn il-persuni mħeġġin jattendu wkoll għal-laqgħa ta’ nhar it-Tlieta.

· Nhar il-Ġimgħa ser issir l-ewwel laqgħa għall-ġenituri tat-tfal bniet u subien li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina fl-aħħar weekend ta’ Mejju li ġej. Il-laqgħa se ssir fis-7.15pm, fil-Knisja Parrokkjali stess. Għal din il-laqgħa qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji relatati mal-Covid.

· Nhar is-Sibt, għall-quddiesa tat-8.30am, qegħdin nistiedu lit-tfal kollha b’mod speċjali dawk li għalqu sninhom f’Jannar. Nawguraw lil dawn it-tfal u nitolbu għalihom.

· Għal ġenituri li jixtiequ japplikaw għad-dħul ta’ wliedhom fl-Iskejjel tal-Knisja: mid-29 ta’ Jannar se jinfetħu l-applikazzjonijiet għal tfal minn skejjel tal-Gvern u Indipendenti. L-applikazzjoni tista’ ssir online mis-sit www.knisja.mt.

· Nitolbu għal ruħ George Pace li ħalliena matul din il-ġimgħa. “Agħtih o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem...”

Recent Posts

See All

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad ir-Rużarju u wara ssir quddiesa u t-tberik tal-oqbra. Infakkru

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta fl-10.00am, fiċ-Ċentru Santissima Trinità. · Nhar it-

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5 ikollhom laqgħa t-Tnejn u l-Ħamis bejn is-6.00pm u s-6.30pm. Minn ye

bottom of page