Kristu Re - L-34 Ħadd Matul is-Sena - (Sena A)
· Illum il-Ħadd qed niċċelebraw is-solennità ta’ Kristu Re. Mons. Arċisqof se jmexxi Ċelebrazzjoni Djoċesana li tibda fil-5.00pm fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, f’Raħal Ġdid.
· Nhar is-Sibt li ġej niċċelebraw il-Birthdays tat-tfal li għalqu jew se jagħlqu sninhom f’Novembru, fil-quddiesa tat-8.30am.
· Nhar is-Sibt, il-Grupp tal-Armar 6 ta’ Diċembru se jorganizza attività b’riżq l-armar tal-festa, fejn wieħed jista’ jkollu l-ikel imwassal f’daru stess. Aktar dettalji fuq in-notice boards, jew mill-membri tal-Grupp stess.
· Bi tħejjija għall-festa liturġika ta’ San Nikola qed nitolbu lil dawk il-koppji li tul din is-sena (2020) ċċelebraw l-anniversarju speċjali ta’ 25 jew 50 sena miż-żwieġ tagħhom biex iħallu d-dettalji tagħhom fis-sagristija.
· Fil-ġimgħat li ġejjin se jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul ta’ tfal fl-iskejjel tal-knisja. Aktar dettalji min-notice boards, mill-iskejjel tal-Knisja stess jew mill-website tal-Kurja: www.knisja.mt.
· Infakkru li aħna u ħerġin mill-Knisja, min jixtieq jista’ jieħu sehem f’lotterija b’riżq il-proġett tal-vażuni ta’ mal-istatwa ta’ San Nikola, liema lotterija se tittella’ nhar il-festa ta’ San Nikola, fis-6 ta’ Diċembru. Għal min jinteressah ukoll, wieħed jista’ jakkwista maskra bl-arma ta’ San Nikola, maħruġa mill-Parroċċa. Nirringrazzjawkom bil-quddiem tas-support tagħkom.
· Nitolbu għall-erwieħ ta’ Nikola Vassallo u Pawla Attard li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. “Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”
Comments