top of page

Avviżi – 21 ta’ Marzu 2021

Il-Ħames Ħadd tar-Randan - (Sena B) · Infakkru li l-knisja parrokkjali qed tkun miftuħa mit-Tnejn sas-Sibt bejn is-7.00am u t-8.30am u bejn il-5.30pm u s-7.00pm. Il-Ħadd tiftaħ bejn is-7.00am u d-9.15am u bejn il-5.30pm u s-7.00pm. · Il-Kappella ta’ San Ġwann tibqa’ miftuħa mit-Tnejn sas-Sibt bejn is-6.00am u d-9.00pm u l-Ħadd bejn is-6.00am u nofsinhar. · Kull nhar ta’ Ħadd qed tiġi mxandra quddiesa b’mod dirett fid-9.30am fuq il-paġna tal-Facebook Parroċċa San Nikola Siġġiewi. · Illum il-Ħadd 21 ta’ Marzu, fis-7.30pm ser ikunu qed isiru riflessjonijiet bi stil żagħżugħ (God at Work). Dawn ser jixxandru b’mod dirett fuq il-paġna tal-Facebook Parroċċa San Nikola Siġġiewi. · Nhar il-Ħamis fis-7.15pm, is-sezzjoni femminili tas-Soċjetà tal-Museum ser torganizza mument ta’ riflessjoni b’temi relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa. Wieħed jista’ jsegwi b’mod dirett fuq il-paġna tal-Facebook Museum Bniet Siġġiewi. · Nhar il-Ġimgħa nagħmlu t-tifkira ta’ Marija Addolorata. Fuq il-paġna tal-Facebook tal-Parroċċa se nkunu qed inxandru b’mod dirett il-quddiesa fil-5.30pm u wara, fis-6.15pm, ser isir Rużarju meditat. Immedjatament wara l-knisja tkun miftuħa sas-7.30pm għat-talb personali. · Wara li ġie restawrat l-inkwatru ta’ Marija Addolarata fl-artal tal-Agunija, ħriġna sett ta’ santi u posters ta’ dan l-inkwatru restawrat. Wieħed jista’ jakkwista kopji mis-sagristija. · Bħala parroċċa ser inkunu qed ningħaqdu mal-Caritas fil-kampanja ‘Itma’ u Libbes’. Ser ikunu qed jintlaqgħu ħwejjeġ, anke użati, f’Dar Ommna Marija min-nhar it-Tnejn sal-Ġimgħa bejn il-5.00pm u s-7.00pm u s-Sibt u l-Ħadd li ġej bejn id-9.00am u l-11.00am. Infakkru li taħt l-artal hawn qfief apposta biex jitqiegħed ikel għall-familji fil-bżonn. · Nitolbu għal ruħ Lawrence Camilleri li miet matul din il-ġimgħa. “Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”

Recent Posts

See All

Avviżi – 7 ta’ Novembru 2021

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad...

AVVIŻI – 17 ta’ Ottubru 2021

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta...

Comments


bottom of page