Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena
(Jum il-Missjoni) - Sena A
· Illum qegħdin niċċelebraw Jum il-Missjoni. Aħna mħeġġin ngħinu din il-ħidma Missjunarja tal-Knisja bit-talb, b’xi sagrifiċċju u bl-offerti tagħna. Ħaġa sabiħa wkoll li nitolbu għall-Missjunarji u l-ħidma li jwettqu.
· Bil-għan li nevitaw li jkun hawn xi quddies tal-Ħadd fejn ikollna nżommu n-nies milli jidħlu fil-Knisja (peress li tkun diġa mimlija), mill-Ħadd li ġej se tkun qed tiżdied quddiesa oħra fis-7:00pm. Din il-quddiesa se tkun animata bi stil żagħżugħ.
· Infakkru li matul dan ix-xahar ta’ Ottubru, xahar dedikat lill-Madonna, qed jiġi animat ir-Rużarju immedjatament wara l-quddiesa tas-7.00am u fis-6.00pm quddiem Ġesù Sagramentat, qabel il-Quddiesa ta’ filgħaxija.
Yorumlar