top of page

Avviżi – 17 ta’ Jannar 2021

IT-TIENI ĦADD TA’ MATUL IS-SENA – SENA B

· Bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar se niċċelebraw il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara. B’dan il-għan, nhar il-Ġimgħa l-Arċisqof se jmexxi Servizz Ekumeniku Djoċesan, fis-6.30pm. Minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti, dan is-Servizz se jixxandar fuq is-social media channels tal-Arċidjoċesi.

· Is-Superjuri tal-MUSEUM jixtiequ jfakkru li l-lezzjonijiet tal-katekiżmu għadhom għaddejjin b'mod regolari anke f'dan iż-żmien differenti minn tas-soltu.

  • Is-Superjura tfakkar li l-lezzjonijiet għat-tfal bniet qed isiru online u t-tfal jistgħu jidħlu għalihom permezz tal-link li kienet intbagħtet fil-bidu tas-sena kateketika. Min jixtieq li terġa’ tintbagħatlu l-link jista' jibgħat messaġġ privat fuq il-paġna ta' Facebook: Musuem Bniet Siġġiewi.

  • Is-Superjur ifakkar b’mod partikulari lill-adolexxenti subien li se jersqu għall-Griżma tal-Isqof li qed jiltaqgħu darbtejn fil-ġimgħa l-Museum stess (it-Tlieta u l-Ġimgħa), u kull ħmistax jiltaqgħu online fuq link li tintbagħtilhom mill-MUSEUM stess.

· Il-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-Insara kollha biex jieħdu l-vaċċin tal-Covid-19, kif għamel il-Papa stess ftit tal-jiem ilu. L-Awtoritajiet tas-Saħħa jixtiequ jfakkru li fil-jiem li ġejjin, l-anzjani ser jirċievu ittra bl-appuntament sabiex jieħdu dan il-vaċċin u b’ hekk inkunu qed inħarsu saħħitna u nieħdu ħsieb xulxin. Nappellaw lill-anzjani kollha sabiex jattendu għall-appuntament li jingħataw u biex ħadd ma jitlef iċ-ċans tiegħu. Dawk li ma jridux jieħdu l-vaċċin għandhom iċemplu fuq in-numru 145 biex javżaw lill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

· Matul din il-ġimgħa l-Mulej għoġbu jsejjaħ għal ħajja ta’ dejjem lil Salvu Schembri, Salvu Mamo u Ġużeppi Baldacchino. “Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.”

Recent Posts

See All

Avviżi – 7 ta’ Novembru 2021

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad...

AVVIŻI – 17 ta’ Ottubru 2021

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta...

Comments


bottom of page