It-Tlieta u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena - (Sena A)
· Illum il-Ħadd niċċelebraw il-Festa tal-Madonna tad-Dawl. Fil-5.00pm jkollna Rużarju meditat animat mill-fratelli u fil-5.30pm il-quddiesa bis-sehem tal-Kor Parrokkjali.
· Nhar it-Tnejn fil-quddiesa tas-6.30pm ser inkunu qed nitolbu wkoll għall-membri mejtin tal-erba’ fratellanzi tal-parroċċa.
· Nhar it-Tnejn ser issir laqgħa ta’ formazzjoni għall-fratelli fis-7.00pm fil-knisja parrokkjali.
· Is-Sibt u l-Ħadd li ġej tiġi fi tmiemha s-sena liturġika tal-Knisja bis-solennità ta’ Kristu Re.
· Aħna u ħerġin mill-Knisja, min jixtieq jista’ jieħu sehem f’lotterija b’riżq il-proġett tal-vażuni ta’ mal-istatwa ta’ San Nikola. Din il-lotterija se tittella’ nhar il-festa ta’ San Nikola, fis-6 ta’ Diċembru. Nirringrazzjawkom bil-quddiem tas-support tagħkom.
· Nitolbu għall-erwieħ ta’ Pawla Mallia, Carmen Aquilina, Doris Schembri u Grace Bonello li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. “Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”
Comments