It-Tielet Ħadd tal-Avvent - Sena B
· Nhar it-Tlieta nagħtu bidu għan-novena tal-Milied. Din is-sena f’kull quddiesa se tkun qed issir riflessjoni minn dik li Dun Ġorġ Preca kien isejħilha l-Iskola ta’ Betlehem.
· Nhar is-Sibt il-Grupp tal-Armar se jkun qed jorganizza ikla b’mod differenti hekk kif din ser tkun qed titwassal fid-djar. Aktar dettalji minn fuq in-noticeboards tal-knisja.
· Il-Blood Donation Unit jixtieq jirringrazzja lil dawk il-persuni kollha li marru biex jagħtu d-demm nhar it-8 ta’ Diċembru tul in-nofstanhar ta’ filgħodu. B’kollox kien hemm 37 persuna li marru biex jagħtu d-demm!
· Matul dawn il-jiem min jixtieq iġib għotjiet tal-ikel fil-knisja biex ngħinu lill-familji fil-bżonn, jista’ jħallihom fil-qfief li hawn taħt il-presbiterju.
· Il-grupp Ħbieb tad-Dar tal-Providenza qed ibigħ qagħaq tal-għasel u ponsjetti minn fuq iz-zuntier tal-knisja. Il-qligħ kollu ser imur b’risq id-Dar tal-Providenza.
· Nitolbu għall-erwieħ ta’ Maria Yvonne Naudi u Ivan Borg li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. “Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”
Kindly read our legal disclaimer here .
top of page
Recent Posts
See AllIt-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad...
Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta...
Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5...
bottom of page
Comments