L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B
· Wara sejħa mill-Papa Franġisku, l-Isqfjijiet ta’ Malta u Għawdex qed iħeġġuna biex tul il-ġurnata tal-Ħamis li ġej nitolbu u jekk possibli nsumu jew nagħmlu xi penitenza b’riżq il-poplu tal-Afganistan.
· Nhar il-Ġimgħa nistiednu lit-tfal biex jiġu għall-quddiesa tas-7.30pm bil-basket tal-iskola, ħalli wara l-quddiesa nbierku lit-tfal u l-basket li se jmorru bih l-iskola. Dawk li ser jattendu għal din il-quddiesa partikolari, jistgħu jibbukkjaw post minn fuq il-paġna tal-Facebook Quddies tat-Tfal Siġġiewi.
· Is-Superjura tixtieq tavża lil dawk il-ġenituri tat-tfal bniet li twieldu fis-sena 2015 u 2016 (ser jitilgħu Year 1 jew Year 2 fl-iskola) u li mhumiex reġistrati għal-lezzjonijiet tal-katekiżmu, huma mitluba biex jirreġistraw fl-Uffiċċju Parrokkjali sat-18 ta’ Settembru. Jistgħu iniżżlu l-formola tar-reġistrazzjoni mill-paġna tal-facebook Museum Bniet Siġġiewi jew jibagħtu email fuq siġġiewi.bniet@museumsdc.org sabiex tintbagħtilhom l-applikazzjoni.
· F’isem il-Blood Donation Unit nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li kienu ġenerużi fl-għoti tad-demm nhar it-8 ta’ Settembru fil-pjazza tar-raħal. B’kollox kien hemm 36 persuna li tul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu resqu biex jagħtu d-demm! Grazzi!
· Nitolbu għal ruħ Wistin Cascun u Rita Cassar li mietu matul din il-ġimgħa. “Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”
top of page
Recent Posts
See AllIt-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad...
Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta...
Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5...
bottom of page
Comments