It-Tmienja u Għoxrin Ħadd Matul is-Sena – Sena A · Minn nhar it-Tnejn se tibda sena kateketika ġdida għat-tfal bniet. Ovvjament, minħabba ċ-ċirkustanzi ta’ bħalissa l-biċċa l-kbira tal-formazzjoni se tkun qiegħda ssir online: Year 2, Year 6 u Form 1 jiltaqgħu nhar ta’ Tnejn fis-6:00pm. Year 3, Year 4 u Year 5 jiltaqgħu nhar ta’ Ħamis fis-6.00pm. · Il-MUSEUM tas-Subien ukoll se jkunu qed jagħtu bidu għal sena kateketika ġdida. Is-superjur jixtieq iserraħ ras il-ġenituri li qed jittieħdu l-miżuri kollha biex it-tfal jiltaqgħu f’ambjent safe u protett. Aktar dettalji dwar ġranet u ħinijiet tal-laqgħat intbagħtu lill-familji konċernati permezz ta’ email, waqt li jinsabu wkoll fuq il-paġna tal-facebook MUSEUMSiggiewi. · Il-grupp taż-żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika (ŻAK Siġġiewi) qed jistieden lill-adolexxenti li twieldu fl-2007 (jew irċevew il-Griżma tal-Isqof f’Novembru li għadda) għal-laqgħat ta’ formazzjoni kull nhar ta’ Erbgħa fis-6.30pm. Aktar dettalji mill-paġna tal-facebook ZAKSiggiewi. · Bil-għan li nevitaw li jkun hawn xi quddies tal-Ħadd fejn ikollna nżommu n-nies milli jidħlu fil-Knisja (peress li tkun diġa mimlija), mill-aħħar Ħadd ta’ Ottubru se tkun qed tiżdied quddiesa oħra. Din se tibda tkun il-Ħadd fis-7:00pm u se tkun animata bi stil żagħżugħ. · Il-Ħadd li ġej niċċelebraw Jum il-Missjoni. Aħna mħeġġin ngħinu din il-ħidma Missjunarja tal-Knisja bit-talb, xi sagrifiċċju u bl-offerti tagħna. Il-ġbir li jsir fil-quddies tal-weekend li ġej ikun ukoll għall-missjoni. · Nitolbu għall-erwieħ ta’ Vince Curmi Cassar, Alfred Farrugia u Pawlina Bonello li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. “Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”
top of page
Recent Posts
See AllIt-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad...
Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta...
Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5...
bottom of page
Comentários