Il-Ħmistax-il Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B
· Infakkru li qed tiġi animata quddiesa kuljum għat-tfal u l-familji. Qed issir b’dan il-mod:
mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7.30pm;
is-Sibt fit-8.30am;
il-Ħadd fil-11.00am.
· Bħala parti mill-proċess tal-estensjoni taċ-Ċimiterju, nistiednu lil kull min hu interessat li jixtri qabar (inkluż dawk li kienu taw isimhom fil-passat), biex jiġbor formola mis-sagristija, jimliha, ipoġġiha ġo envelopp u jħalliha f’kaxxa apposta li hemm fis-sagristija stess. Wieħed jista’ jibgħat il-formola wkoll email fl-indirizz elettroniku miktub fl-istess formola.
· Is-Soċjetà tal-MUSEUM reġgħet ippubblikat il ġurnalin Il-Paċi Magħkom, ġabra ta’ artikli qosra u stejjer b’tagħlim għal ħajja. Nistednukom tieħdu kopja magħkom intom u ħerġin mill-Knisja.
· Illum il-Ħadd, fuq iz-zuntier, aħna u ħerġin mill-Knisja qed isir bejgħ ta’ oġġetti li l-qligħ minnhom se jmur b’riżq il-missjoni fil-Perù u fil-Gwatemala.
Nitolbu għal ruħ Nikola Baldacchino li ħalliena matul din il-ġimgħa. “Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”
Comments