Kummissjoni Żgħażagħ

 Missjoni:


Il-Kummissjoni Parrokkjali Żgħażagħ teżisti biex tikkordina, tiżviluppa u tħares il-ħidma pastorali maż-żgħażagħ.

 

Għanijiet:


Il-Kummissjoni Żgħażagħ għandha:

·        Tidentifika kemm hemm żgħażagħ fil-paroċċa, tara x’inhi r-realta u l-ħtiġijiet tagħhom.

·        Tħejji pjan pastorali taż-żgħażagħ u taħdem b’mod strateġiku u professjonali fuq is-setturi kollha tal-ħajja taż-żgħażagħ. Għalhekk għandha tistħarreġ u tevalwa l-ħidma pastorali parrokkjali li tkun qed titwettaq fost iż-żgħażagħ.

·        Tkun vuċi taż-żgħażagħ fil-parroċċa u b’hekk tagħti pariri lill-Arċipriet fuq id-dinja taż-żgħażagħ.

·        Toħloq kuntatt u tikkoordina il-ħidma ta’ l-għaqdiet taż-żgħażagħ fi ħdan il-parroċċa u tara kif tista’ tirrealizza proġetti flimkien magħhom li jkunu ta’ ġid għaż-żgħażagħ.

·        Tara li ż-żgħażagħ membri tal-għaqdiet jew gruppi parrokkjali jieħdu sehem b’mod attiv fl-attivitajiet parrokkjali li jkunu miftuħa għall-komunita.

 

Min hu responsabbli u fejn nista’ nikkuntattjah?


Wieħed jista’ jikkuntattja lil Kurt Borg fuq 99029976

Indirizz Elettroniku: kurtborg92@yahoo.co.uk

Facebook: https://www.facebook.com/K.Z.P.Siggiewi