Kummissjoni Djakonija

L-Għan: Servizz ta’ qadi b’imħabba lil ħutna fil-bżonn kif ukoll fil-ħidma għall-ġustizzja fuq l-eżempju li wera Ġesùtul ħajtu kollha b’mod partikulari meta ċekken lilu nnifsu u ħasel riġlejn l-Appostli. Irridu nqanqlu kuxjenza fost il-membri tal-komunitàNisranija dwar ir-responsabbiltàli jgħinu lil dawk li jkunu f’diffikultà. Irridu nsaħħu u nikkordinaw il-gruppi parrokkjali nvoluti fil-volontarjat soċjali. Irridu nwaqqfu servizzi volontarji ġodda skont il-ħtieġa u rridu nieħdu azzjoni favur il-ġustizzja u l-bidla soċjali.

Min hu responsabbli u fejn nista’ nikkuntattjaha? Wieħed jista’ jikkuntattja lil Tessie Gauci