Kunsill Pastorali Parrokkjali

L-Għan: Il-K.P.P huwa kunsill konsultattiv, imwaqqaf fi ħdan il-parroċċa li bih titfisser u titħaddem il-korresponsabbiltàfil-komunitàparrokkjali. Il-K.P.P flimkien mal-Arċipriet huwa responsabbli għall-istudju, programazzjoni, esekuzzjoni u evalwazzjoni tal-ħidma pastorali tal-parroċċa.

Il-K.P.P huwa kompost mill-Arċipriet, is-saċerdoti tal-Parroċċa, is-superjuri mill-kunventi tar-reliġjużi fil-Parroċċa, koordinaturi ta’ kull għaqda, gruppi, kummissjonijiet u movimenti reliġjużi li l-Parroċċa tagħraf bħala parrokkjali. Ma’ dawn jista’ jkun hemm persuni oħra magħżula  mill-Arċipriet jew li għandhom kompetenza f’xi qasam tal-ħajja pastorali.