Kunsill Ekonomiku

L-Għan: Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali għandu l-għan li jgħin lill-Arċipriet fil-ħarsien u l-amministrazzjoni tal-ġid temporali tal-parroċċa u jgħinu biex jassigura d-dħul finanzjarju meħtieġ għall-ħidmiet pastorali u għall-bżonnijiet l-oħra  tal-Parroċċa, bil-pariri u bil-ħidma prattika tiegħu.

Dan il-Kunsill huwa kompost mill-Arċipriet u minn erba’ persuni oħra.