Avviżi

 Avviżi – 9 ta’ Diċembru 2018

 

It-Tieni Ħadd tal-Avvent - Sena Ċ

 

• Illum il-Life Network Malta se jorganizza attività favur il-ħajja fil-Belt Valletta, fit-3.30pm.

 

• Nhar il-Hamis, festa publika, nistiednu lit-tfal ghall-quddiesa fit-7.45am.  Il-quddiesa tkun animata u bis-sehem tat-tfal.

 

• Nhar il-Ħamis ukoll se ssir Open Day fil-knisja tagħna, fejn il-publiku se jkollu ċans jitla’ fuq il-bejt tal-knisja u l-kampnari, fuq l-armar viċin il-pittura restawrata, u wkoll jinżel fil-kannierja tal-knisja tagħna, għal donazzjoni żgħira, li tmur b’risq ir-restawr li qegħdin nagħmlu.  Ħdejn il-pittura se jkun hemm min jispjega ir-restawr li sar.  Il-ħin ikun mid-9.00am sal-4.00pm.  Din hija wkoll parti minn Pjazza Milied, li l-Kunsill Lokali se jkun qed jorganizza fil-pjazza sat-8.00pm.

 

• Nhar il-Ġimgħa l-Għaqda Kulturali Siġġiewi se torganizza Ħarġa Kulturali għall-Knisja ta' Santu Wistin (Rabat).  Dettalji minn fuq in-noticeboard tal-Knisja.

 

• Min-nhar is-Sibt tibda n-Novena bi tħejjija għall-Milied. Wara l-quddiesa ta’ flgħaxija ssir ċelebrazzjoni qasira quddiem Ġesù Ewkaristija b’riflessjoni u talb u fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali. Kull ġurnata tkun animata mill-għaqdiet tal-parroċċa. 

 

 

• Nitolbu għal ruħ Philip Vella u Hilda Schembri li mietu matul din il-ġimgħa. “Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”