• Merħba
  • Il-Parroċċa
    • Għaqdiet
      • Abbatini
      • Azzjoni Kattolika
      • Faith Alive
      • Grufan
      • Kariżmatiċi
      • Legion of Mary
      • Museum - Bniet
      • Museum - Subien
      • Segretarjat Assistenza Soċjali
      • ŻAK Siġġiewi
    • Gruppi
      • Grupp M'Intix Waħdek
      • Grupp Santa Marta
      • Grupp tal-Armar - 6 ta' Diċembru
      • Kor Santa Ċeċilja
    • Kummissjonijiet
      • Kummissjoni Djakonija
      • Kummissjoni Familja
      • Kummissjoni Kateketika
      • Kummissjoni Liturġija
      • Kummissjoni Żgħażagħ
      • Kunsill Ekonomiku
      • Kunsill Pastorali Parrokkjali
    • Patrijiet
    • Qassisin
      • Jagħtu Servizz fil-Parroċċa tagħna
      • Jagħtu servizz barra mill-Parroċċa
  • Storja
  • Ritratti
  • Links
  • Avviżi
  • Paġna għat-Tfal
    • Avviżi
    • Ritratti
  • Pubblikazzjoni
  • Qaddisin tax-xahar

Ta' interess għalik

Tberik tal-familji fil-ġranet li ġejjin: Is-Sitt Ġimgħa tat-Tberik

 

It-Tnejn 14 ta’ Mejju

  • Triq il-Wied
  • Triq il-Papa Pawlu VI    

It-Tlieta 15 ta’ Mejju

  • Triq it-Tabib Nikola Zammit (miż-żewġt itruf)

L-Erbgħa16 ta’ Mejju

  • Triq Wied Ħesri
  • Triq Ħal Xluq
  • Triq Ħal Niklusi

 Il-Ħamis17 ta’ Mejju

  • Triq Blat il-Qamar (Minn Bieb San Ġwann sa ħdejn iċ-Ċimiterju)
  • Triq it-Tank (il-parti li tidħol għaliha minn Triq Blat il-Qamar)

Il-Ġimgħa18 ta’ Mejju

  • Triq il-Mitħna
  • Pjazza San Ġwann
  • Triq San Ġwann
  • Triq il-Qasira
  • Sqaq il-Qasir

Storja b'tagħlima

Ħrafa Taljana tirrakkonta li darba kien hemm tifel orfni li għalkemm kien intelliġenti ma setax ikompli l-iskola għax ma kellux flus. imma raġel sinjur sar jaf bih u ndaħal biex iħallas għalih hu.

It-tifel għamel ħafna progress u meta spiċċa l-kors sekondarju xtaq li jkompli għal avukat. Iż-żmien għadda u l-ġuvnott laħaq fejn xtaq.

Darba s-sinjur ġie bżonn l-avukat il-ġdid li issa kien qabad sewwa. B'wiċċu minn quddiem mar l-uffiċċju tiegħu u qallu bil-problema li kellu. U nkedd mhux ftit meta l-avukat ħeles minnu bil-pulit billi qallu li ma setax jaqdih għax kien impenjat b'ħafna xogħol ieħor. Is-sinjur ħareġ bla ma pprotesta imma bla dubju t-tweġiba tal-avukat nikktitu u sewwditlu qalbu."

Riflessjoni: Hekk ukoll nagħmlu mal-Mulej....silifna ġurnaa sħiħa.... 1440 minuta.... minnhom jitlobna biss ftit.... mhux iktar minn għaxra.... ħalli fihom nieqfu ftit mir-rutina tal-ħajja u nitkellmu ftit miegħU... permezz ta' ftit talb sinċier.

MERĦBA

  • Read more
Syndicate content

Ħinijiet tal-Quddies

 

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa:

Filgħodu: 
5.30, 6.15, 7.00, 7.45
(fi żmien l-iskola); 
8.00 (fil-vaganzi tas-Sajf)

Filgħaxija:
6.30 (fix-Xitwa), 7.00 (fis-Sajf)


Is-Sibt:

Filgħodu:
5.30, 6.15, 7.00, 8.30
Filgħaxija:
5.15, 6.30 (fix-xitwa);
5.45, 7.00 (fis-Sajf)


Il-Ħadd:
Filgħodu:

6.00, 7.00, 8.00, 9.30, 11.00
Filgħaxija:
5.30
 

TIFTAKARHOM DAWN?

Ir-Regina Coeli (tingħad fi żmien l-Għid minflok l-Angelus)

Sultana tas-Sema, ifraħ: Hallelujah.
Għaliex dak li stħoqqlok tkun ommu: Hallelujah.
Qam minn bejn l-imwiet, kif kien qal: Hallelujah.
Ifraħ u thenna, Verġni Marija: Hallelujah.
Għax il-Mulej, qam tassew minn bejn l-imwiet: Hallelujah.
 
Nitolbu:
O Alla, li bil-Qawmien mill-imwiet ta' Ibnek Ġesù Kristu Sidna, għoġbok tferraħ lid-dinja: agħtina nitolbuk, li b'Ommu u l-Verġni Marija, niksbu l-ferħ tal-ħajja ta' dejjem. Bi Kristu Sidna. Ammen.

Yippey Web design 2010